Fondazzjoni Wikimedia - Wikipedija
Aqbeż għall-kontentut
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Fondazzjoni Wikimedia
Il-
Fondazzjoni Wikimedia
hi organizzazzjoni bla profitt ibbażata f'
San Francisco
California
, fl-
Istati Uniti
. Hi topera diversi proġetti kollaborattivi li jinkludu l-
Wikipedija
, il-
Wikizzjunarju
Wikidata
, il-
Wikikwota
, il-
Wikitbiet
(li jinkludi l-
Wikijunior
), il-
Wikisors
, il-
Wikimedia Commons
, il-
Wikispeċi
, il-
Wikibarijiet
, il-
Wikiversità
, il-
Wikimedia Incubator
, il-
Meta-Wiki
, u l-
MediaWiki
Il-ħolqien tagħha ġie imħabbar mill-fundatur tal-Wikipedija,
Jimmy Wales
, li kien qed iħaddem il-Wikipedija fil-kumpanija tiegħu
Bomis
fl-
20 ta' Ġunju
2003
Objettivi
immodifika
immodifika s-sors
Il-Fondazzjoni Wikimedia tiddikjara li l-għanijiet tagħha huma li tipprovdi
enċiklopedija
ta' informazzjoni li tkun bl-eżatt u korretta lil kull persuna fuq din il-pjaneta.
L-irwol tagħha hu li tiżviluppa u żżomm
kontenut miftuħ
, proġetti bbażati fuq sistemà ta'
wiki
u tipprovdi dan il-kontenut b'xejn mingħajr ebda ħlas.
Flimkien mal-
enċiklopedija
multilingwali tal-
Wikipedija
, il-Fondazzjoni żżomm ukoll
dizzjunarju
teżawru
taħt l-isem tal-
Wikizzjunarju
, enċiklopedija bi
kwotazzjonijiet
imsemmiha
Wikiquote
, repożitorju ta' kitbiet minn sorsi ta' lingwi diversi fuq
Wikisource
, u kollezzjoni ta' kotba ta' testi u manwali għall-istudenti fuq
Wikibooks
Wikijunior
huwa sotto-proġett ta' Wikibooks li jispeċċalizza fuq kotba għat-tfal.
Operazzjonijiet
immodifika
immodifika s-sors
Il-kobor kontinwu ta' kull proġett tal-Wikimedia hu dipendenti mid-
donazzjonijiet
, imma l-Fondazzjoni Wikimedia tkabbar id-dħul tagħha permezz ta' mezzi alternativi ta' fondi bħal sponsorizzazzjoni, servizzi u fonti oħra.
Proġetti
immodifika
immodifika s-sors
Logo tal-familja tal-proġetti tal-Wikimedia
Isem
Deskrizzjoni
Wikipedija
Enċiklopedija b'aktar minn 10 miljun artiklu b'264 lingwa.
Wikimedia Commons
Arkivju ta' kontenut ta' immaġini, ħsejjes u filmati b'iktar minn 3,000,000 fajl.
Wikibooks
Kollezzjoni ta' kotba bit-testi u materjal edukattiv.
Wikizzjunarju
Dizzjunarju li jikkatolaga s-sinjifikati, sinonimi, etimoloġiji u traduzzjonijiet.
Wikinews
Sors ta' aħbarijiet li jikkonsisti minn rapporti ta' ġurnalisti ċittadini minn pajjiżi differenti.
Wikisource
Proġett biex jipprovdi u jittraduċi dokumenti minn sorsi, bħal testi pubbliċi.
Wikiquote
Kollezzjoni ta' ċcitazzjonijiet minn persunaġġi ċelebri, kotba, films u oħrajn.
Wikispecies
Indiċi ta' dati fuq speċi ta' annimali, pjanti, fungi u formi oħra ta' ħajja.
Wikiversità
Korsijiet, materjali għall-korsijiet u testi.
Wikimedia Incubator
Użat biex jittestja proġetti ġodda li possibilment joperaw mill-Wikimedia u lingwi ġodda għall-proġetti.
Wikimania
immodifika
immodifika s-sors
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu:
Wikimania
Il-Wikimedia kull sena torganizza l-
Wikimania
Paġna tal-informazzjoni
fuq Meta-Wiki], konferenza għal utenti tal-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia. Din kienet organizzata għall-ewwel darba fi
Frankfurt
Ġermanja
), fl-2005.
Referenzi
immodifika
immodifika s-sors
"Bylaws - Wikimedia Foundation Governance Wiki"
foundation.wikimedia.org
(bl-Ingliż)
. Miġbur
2021-03-23
"Wikimedia Foundation Mission"
(bl-Ingliż). 2018-05-31
. Miġbur
2021-03-23
Ħoloq esterni
immodifika
immodifika s-sors
Fil-
Wikibarijiet
hemm aħbarijiet relatati ma':
Category:Wikimedia
Wikimedia Commons
għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma':
Fondazzjoni Wikimedia
Sit uffiċjali tal-Fondazzjoni Wikimedia
Blogg tal-Fondazzjoni Wikimedia
Il-messaġġ ta' Sheldon Rampton fuq WikiEN-l
Rekord pubbliku għall-Fondazzjoni Wikimedia
mis-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-istat ta' Florida
Proġetti tal-
Fondazzjoni Wikimedia
MediaWiki
Wikitbiet
Wikijunior
Wikidata
Wikimedia Commons
Wikibarijiet
Wikipedija
Wikikwota
Wikisors
Wikispeċi
Wikiversità
Wikizzjunarju
Meta-Wiki
Miksub minn "
Kategoriji
Proġetti tal-Wikimedia
Organizzazzjonijiet
Kategoriji moħbija:
Sorsi CS1 bl-Ingliż (en)
Fondazzjoni Wikimedia
Żid diskussjoni
US