Franza - Wikipedija
Aqbeż għall-kontentut
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Repubblika Franċiża
Emblema
Mottu:
Liberté, Égalité, Fraternité
“Libertà, Ugwaljanza, Fraternità”
Innu nazzjonali:
La Marseillaise
Pożizzjoni ta' Franza (aħdar skur)
– fi ħdan l-
Unjoni Ewropea
(aħdar ċar) fil-
kontinent Ewropew
(griż skur)
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Pariġi
48°52′N
2°19.59′E
48.867°N 2.3265°E
48.867; 2.3265
Lingwi uffiċjali
Franċiż
Gruppi etniċi
Franċiżi
Gvern
Repubblika semipresidenzjali
President
Emmanuel Macron
Prim Ministru
Sébastien Lecornu
Leġislatura
Parlament
Formazzjoni
L-Ewwel Repubblika Franċiża
1792
Kostituzzjoni attwali
1958
Sħubija fl-
UE
25 ta' Marzu, 1957
Erja
Total
674,843
km
41
260,558
mil
kwadru
Popolazzjoni
stima
tal-2025
68,605,616
20
Densità
108/km
106
281/mili
kwadri
PGD
PSX
stima
tal-2008
Total
$2.086 triljun
Per capita
$33,334
18
PGD
(nominali)
stima
tal-2009
Total
$2.499 triljun
Per capita
$39,922
16
Gini
(2002)
26.7
IŻU
(2008)
0.956
għoli
11
Valuta
Ewro
CFP Franc
EUR, XPF
Żona tal-ħin
CET
UTC
+1)
Kodiċi telefoniku
+33
TLD tal-internet
.fr
Franza
Franċiż
France
), uffiċjalment ir-
Repubblika Franċiża
Franċiż
République française
), hi pajjiż fl-
Ewropa tal-Punent
. Il-belt kapitali tagħha hi
Pariġi
. Hi membru tal-
Unjoni Ewropea
. Franza hi maqsuma f'18
régions
li huma suddiviżi f'
départements
Il-pajjiż ilu wieħed mill-potenzi dinjin mill-aħħar tas-Seklu 17. Fis-sekli 18 u 19, bena imperu kolonjali kbir mifrux mal-
Afrika tal-Punent
u l-
Asja tax-Xlokk
. Illum dan m'għadux jeżisti. Hu l-pajjiż li l-iktar iżuruh nies fid-dinja. Madwar 82 miljun turist barrani jżuru kull sena.
Franza hi membru fundatur tal-
Unjoni Ewropea
. Għandha l-iżjed art kbira fl-Unjoni. Franza hi wkoll membru fundatur tal-
Ġnus Magħquda
, u membru tal-
G7
u tan-
NATO
Hi wieħed mill-ħames membri permanenti tal-
Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda
. Għandha
Armi Nukleari
, inklużi testati attivati, u għandha wkoll impjanti nukleari tal-elettriku.
Fost il-bliet l-iżjed magħrufa fi Franza insibu 'l
Pariġi
Nizza
Nancy
Marsilja
Bordeaux
Lille
Lyon
Toulouse
Strasburgu
Rennes
Nantes
Ġeografija u Klima
immodifika
immodifika s-sors
Franza qiegħda fl-
Ewropa tal-Punent
Għandha fruntieri mal-
Belġju
, il-
Lussemburgu
, il-
Ġermanja
, u l-
Iżvizzera
, l-
Italja
Monako
Andorra
, u
Spanja
Għandha żewġ katini ta' muntanji qrib il-fruntieri tagħha: l-
Alpi
fil-Lvant u l-
Pirenej
fil-nofsinhar. Fit-tramuntana u l-punent ta' Franza hemm għoljiet baxxi u widien tax-xmajjar.
Fi Franza hemm ħafna klimi differenti.
10
L-
Atlantiku
għandu effett kbir fuq it-temp fit-tramuntana u l-punent. Dan ifisser it-temperatura hi kważi istess matul is-sena. Fil-Lvant, ix-xitwa kiesħa b'temp tajjeb u s-sajf sħun bi-maltempati. Fin-nofsinhar, ix-xitwa friska b'ħafna xita u s-sajf hu sħun u xott.
11
Franza għandha t-tieni l-akbar
Żona Ekonomika Esklussiva
fid-dinja.
12
Din tkopri 11,035,000 kilometru kwadru. L-
iStati Uniti
biss għandha waħda akbar.
Fruntieri
immodifika
immodifika s-sors
Total tal-fruntieri ta' Franza: 3,956 km, pajjiżi tal-fruntiera (8): Andorra 55 km; il-Belġju 556 km; Ġermanja 418 km; Italja 476 km; Lussemburgu 69 km; Monako 6 km; Spanja 646 km; Isvizzera 525 km, Franza metropolitana - total: 2751 km: Gujana Franċiża - total: 1205 km (730 km mal-Brażil, 510 km). Hemm ukoll 16-il km bejn il-komun Franċiż barra minn xtutna ta' Saint Martin 16-il km u n-nazzjon separat tar-Renju tal-
Pajjiżi l-Baxxi
ta' Sint Maarten.
Storja
immodifika
immodifika s-sors
Mappa tal-Gaul qabel il-konkwista Rumana (seklu 1 QK).
Mappa tal-Gaul qabel il-konkwista Rumana (seklu 1 QK).
Mappa tal-Gaulja madwar is-sena 58 QK. c.
Il-Pont du Gard huwa akkwadott li jinsab fin-nofsinhar ta' Franza.Il-pont inbena matul l-1 seklu QK mill-Imperu Ruman. Hija tinsab ħdejn ir-raħal ta' Remoulins
Espansjoni tar-Renju Franki, 481–870
L-isem "Franza" ġej mill-kelma bil-
Latin
Francia
, li letteralment tfisser "Art il-
Franki
".
13
Il-fruntieri ta' Franza moderna huma bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dawk tal-
Gallja
l-antika fejn kienu joqgħodu l-Galli Ċeltiċ.
Ġulju Ċesri
kkonkwista l-Gallja u waqgħet taħt
Ruma
fl-ewwe seklu QK.
14
Bilmod il-Galli adottataw il-lingwa tar-Rumani (il-
Latin
li minnu evolva l-
Franċiż
) u l-kultura Rumana. Il-Kristjaneżmu deher l-ewwel darba fit-tieni u tielet seklu WK u kien stabbilit fir-raba' u ħames seklu.
Franza fl-1477. Linji ħomor: Il-limiti tar-Renju ta' Franza; Ikħal ċar: id-dominju rjali
Carte de France dressedée pour l'usage du Roy. Delisle Guillaume (1721)
L-Ewwel Imperu Franċiż fl-aqwa kontroll territorjali tiegħu f'Settembru 1812
L-Ewropa fl-1812, bl-Imperu Franċiż fl-aqwa tiegħu qabel il-Kampanja Russa
Mappa tal-Ewwel Imperu Franċiż fl-1812, maqsum f'130 département, bir-renji ta' Spanja, il-Portugall, l-Italja u Napli, u l-Konfederazzjoni tar-Rhine u l-Illyria u d-Dalmazja
L-Ewwel (blu ċar) u t-Tieni (blu skur) imperi kolonjali Franċiżi
Fis-seklu 4 WK, it-tribujiet Ġermaniċi, prinċipalment il-
Franki
invadew il-Galli. Hekk beda l-isem
Francie
. L-isem modern "Franza" ġej mill-isem tar-Rejiet
Kapetinġi
ta' Franza madwar Pariġi. Il-Franki kienu l-ewwel tribù tal-Ewropa wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman kkonvertew għall-Kristjaneżmu minflok l-
Arjaneżmu
. Il-Franċiż kienu jsejħu lilhom infushom "ir-Renju l-iżjed Kristjan ta' Franza".
15
It-
Trattat ta' Verdun
(843), qasam l-imperu ta'
Karlumanju
fi tliet partijiet.
16
L-ikbar parti kienet Francia tal-Punent. Bejn wieħed u ieħor kienet l-istess bħal Franza moderna.
Id-dinastija
Karolinġa
ggvernat Franza sal-987, meta
Hugues Capet
sar Re ta'Franza. Dixxendenti tiegħu, il-Kapetinġi diretti, id-
Dar ta' Valois
u d-
Dar ta' Bourbon
unifikaw il-pajjiż permezz ta' ħafna gwerer u wirt dinatiku. Il-monarkija kienet fl-aqwa tagħha matul il-Seklu 17 fir-renju ta'
Lwiġi XIV ta' Franza
17
Dak iż-żmien Franza kellha l-akbar popolazzjoni fl- Ewropa. Il-pajjiż kellu influwenzata fuq il-politika, l-ekonomija, u l-kultura Ewropea. Il-
Franċiż
sar il-lingwa komuni tad-diplomazija fl-affarijiet Internazzjonali. Ħafna mill-
Illuminiżmu
ġie minn Franza. Ix-xjenzati Franċiżi għamlu skoperti xjentifiċi importanti fis-Seklu 18. Barra minn hekk Franza invadiet ħafna artijiet fl-Ameriki, l-Afrika u l-Asja.
18
Franza kellha
monarkija
sar-
Rivoluzzjoni Franċiża
fl-1789. Ir-Re
Lwiġi XVI
u martu
Marie Antoinette
ġew maqtulin fl-1793.
19
Eluf ta' ċittadini Franċiżi oħra kienu wkoll maqtula.
Napuljun Bonaparte
ħa kontroll tar-Repubblika fl-1799. Aktar tard għamel lilu nnifsu Imperatur tal-Ewwel Imperu (1804-1814). L-armati tiegħu ikkonkwistaw il=parti l-kbira tal-Ewropa kontinentali.
20
Fl-1815 wara l-aħħar telfa ta' Napuljun fil-
Battalja ta' Waterloo
, qamet monarkija oħra. Iktar tard fl-1852,
Louis-Napuljun Bonaparte
ħoloq it-Tieni Imperu . Louis-Napoléon tneħħa wara t-telfa fil-
Gwerra Franko-Prussjana
tal-1870. It-Tielet Repubblika ħadet post ir-reġim tiegħu.
21
Fis-sekli 18 u 19 Franza bniet imperu kolonjali kbir . Il-imperu kien fih partijiet mill-Afrika tal-Punent u l-Asja tax-Xlokk. Il-kultura u l-politika ta' dawn ir-reġjuni kienu influwenzati minn Franza. Ħafna eks-kolonji għandhom il-
Franċiż
bħala lingwa uffiċjali.
22
Il-pajjiż ra l=ġlied kemm fl-
Ewwel Gwerra Dinjija
u kemm fit-
tieni
. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, miljuni mietu fit-trinek, aktar minn miljun minnhom fil-
Battalja tas-Somme
23
Matul il-Tieni Gwerra Dinjija, in-
Nazisti
okkupaw Franza. L-Alleati niżlu l-art fin-Normandija fis-6 ta' Ġunju u nvadew in-Normandija u bdiet il-
Battalja tan-Normandija
. Il-forzi Ġermaniżi tilfu 'l Franza fi ftit xhur.
Diviżjonijiet administrattivi
immodifika
immodifika s-sors
It-18-il reġjun wara ir-riforma tal-2015 nklużi Korsika (Corse, fuq il-lemin t’isfel) u l-ħames reġjuni barra l-Ewropa (fuq ix-xellug t’isfel).
Corse (Korsika)
Mill-2016 Franza maqsuma fi 18-il reġjun amministrattiv. 13 minnhom huma fi Franza Metropolitana. Korsika għandha stat differenti mill-12 l-oħra fir-reġjun Metropolitan u msejħa
collectivité territoriale
. Franza għandha wkoll ħames reġjuni barra l-Ewropa. Dawn ir-reġjuni għandhom l-istess stat bħal dawk Metropolitani.
Imbagħad Franza hi maqsuma f'101
département
u d-départements huma maqsuma f'335
arrondissement
. L-arrondissements huma mill-ġdid maqsuma f’2,054
canton
u l-cantons huma maqsuma f'
commune
. Fl-1 ta' Jannar 2014, skont L-
Institut National de la Statistique et des Études Économiques
kien hemm 36,681 communes fi Franza, 36,554 minnhom fi Franza Metropolitana u 127 minnhom barra.
24
Franza Metropolitana
Reġjun
Départements
Belt Kapitali
Auvergne-Rhône-Alpes
Ain, Allier, Ardèche, Cantal, Drôme, Isère, Loire, Haute-Loire, Puy-de-Dôme, Rhône, Savoie, Haute-Savoie
Lyon
Bourgogne-Franche-Comté
Côte-d’Or, Doubs, Jura, Nièvre, Haute-Saône, Saône-et-Loire, Yonne, Territoire de Belfort
Dijon
Bretagne
Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan
Rennes
Centre-Val de Loire
Cher, Eure-et-Loir, Indre, Indre-et-Loire, Loir-et-Cher, Loiret
Orléans
Corse (Korsika)
Corse-du-Sud, Haute-Corse
Ajaccio
Grand Est
Ardennes, Aube, Marne, Haute-Marne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Bas-Rhin, Haut-Rhin, Vosges
Strasbourg (
Strażburgu
Hauts-de-France
Aisne, Nord, Oise, Pas-de-Calais, Somme
Lille
Île-de-France
Essonne, Hauts-de-Seine, Paris, Seine-et-Marne, Seine-Saint-Denis, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Yvelines
Paris (
Pariġi
Normandie
[Calvados, Eure, Manche, Orne, Seine-Maritime
Rouen
Nouvelle-Aquitaine
Charente, Charente-Maritime, Corrèze, Creuse, Dordogne, Gironde, Landes, Lot-et-Garonne, Pyrénées-Atlantiques, Deux-Sèvres, Vienne, Haute-Vienne
Bordeaux
Occitanie
Ariège, Aude, Aveyron, Gard, Haute-Garonne, Gers, Hérault, Lot, Lozère, Hautes-Pyrénées, Pyrénées-Orientales, Tarn, Tarn-et-Garonne
Toulouse
Pays de la Loire
Loire-Atlantique, Maine-et-Loire, Mayenne, Sarthe, Vendée
Nantes
Provence-Alpes-Côte d’Azur
Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Bouches-du-Rhône, Hautes-Alpes, Var, Vaucluse
Marseille (
Marsilja
Barra Franza Metropolitana
Isem
Stat kostituzzjonali
Belt kapitali
Post
Guyane française
Reġjun barra Franza (
régions d'outre-mer
) u fl-istess ħin departiment barra Franza (
département d'outre-mer
jew DOM)
Cayenne
Amerika t'Isfel
Guadeloupe
Reġjun barra Franza (
régions d'outre-mer
) u fl-istess ħin departiment barra Franza (
département d'outre-mer
jew DOM)
Basse-Terre
Karibew
Martinique
Reġjun barra Franza (
régions d'outre-mer
) u fl-istess ħin departiment barra Franza (
département d'outre-mer
jew DOM)
Fort-de-France
Karibew
Mayotte
Reġjun barra Franza (
régions d'outre-mer
) u fl-istess ħin departiment barra Franza (
département d'outre-mer
jew DOM)
Mamoudzou
Oċean Indjan
Réunion
Reġjun barra Franza (
régions d'outre-mer
) u fl-istess ħin departiment barra Franza (
département d'outre-mer
jew DOM)
Saint-Denis
Oċean Indjan
Diviżjonijiet territorjali tal-Ewwel Repubblika Franċiża u l-Ewwel Imperu Franċiż
immodifika
immodifika s-sors
Départements Franċiżi fl-1801 waqt il-Konsulat
Départements Franċiżi fl-1812
Gvern
immodifika
immodifika s-sors
Prefecture f'Upper Garonne (31; bil-Franċiż Haute-Garonne, bl-Oċċitan Nauta Garonne).
Franza għandha sistema ta' gvern semi-presidenzjali stabbilita mill-kostituzzjoni tal-Ħames Repubblika Franċiża.
25
Il-Kostituzzjoni tiddikjar n-nazzjon bħala repubblika soċjali, indiviżibbli, sekulari u demokratika. tipprovdi wkoll għas-separazzjoni tal-poteri.
26
Il-militar
immodifika
immodifika s-sors
L-
aircraft carrier
nukleari
Charles de Gaulle
Il-Gwardja Repubblikana Franċiża
Il-Forzi Armati Franċiż huma maqsumin f'erba' fergħat:
Armée de Terre
(Forza tal-Art)
Marine Nationale
(Forza Navali)
Armée de l'Air
(Forza tal-Ajru Force)
Gendarmerie Nationale
(Forza militari li taġixxi bħala Pulizija Nazzjonali Rurali)
Franza għandha madwar 359.000 ruħ fil-Militar u tonfoq 2.6% tal-
Prodott Gross Domestiku
(PGD) fid-difiża.
27
28
Dan l-ogħla fl-
Unjoni Ewropea
. Franza u r-
Renju Unit
jonfqu 40%mill-baġit tad-difiża tal-UE. Madwar 10% tal-baġit għad-difiża ta' Franza jintefaq fuq l-
Armi Nukleari
Relazzjonijiet barranin
immodifika
immodifika s-sors
Qoxra ta' passaport bijometriku Franċiż (bil-
Franċiż
: passeport français)
Franza hi membru tal-
Ġnus Magħquda
, infatti membru permanenti tal-
Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda
u għandu dritt tal-veto.
29
30
Hi wkoll membru tal-
Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
(WTO). Is-sedi ċentrali tal-
Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp
(OECD),
UNESCO
Interpol
qegħdin Franza.
Franza kienet waħda mill-memmbri fundaturi tal-
Unjoni Ewropea
31
Fis-snin 1960, Franza riedet teskludu r-
Renju Unit
mill-
organizzazzjoni
. Riedet tibni l-potenza ekonomija tagħha fl-Ewropa kontinentali u ssir wieħed mill-pajjiżi l-aktar influwenti fl-UE. Mis-snin , Franza u l-
Ġermanja
saru ħafna eqreb fil-pulitika tagħhom.
Franza illum hi membru tal-
Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku ta' Fuq
(NATO).
Madankollu, taħt il-
President de Gaulle
kienet ħalliet il-kmand militari konġunt. Fl-1990, Franza ġiet ikkritikata għal provi tal-armi nukleari taħt l-art fil-
Polineżja Franċiża
. Franza kienet għal kollox kontra l-invażjoni tal-Iraq tal-2003.
32
Franza għad għandha influwenz politika u ekonomika qawwija fil-kolonji li kellha fl-
Afrika
. Per eżempju hija pprovdiet għajnuna ekonomika u truppi fil-missjoni għaż-żamma tal-paċi fil-
Côte d’Ivoire
Ċad
Ekonomija
immodifika
immodifika s-sors
L-ewwel
Airbus A380
li tlesta,
Toulouse
, 2005
Franza hija membru tal-grupp
G8
tal-pajjiżi industrijalizzati ewlenin. Franza għandha it-tmien l-ikbar konomija fid-dinja skont il-Prodott Gross Domestiku (PGD) (li jieħu kont kemm iqum biex tgħix fil-pajjiżi differenti u rati tal-
inflazzjoni
).
33
Franza flimkien ma' 11-il-membru ieħor tal-
Unjoni Ewropea
nidiet l-
euro
fl-1 ta' Jannar 1999 u bdiet tużaha fl-2002.
34
L-ekonomija ta' Franza għandha kważi 2.9 miljun kumpannija reġistrata.
35
Il-gvern għandu influwenza konsiderevoli fuq id-ditti tal-
Ferrovija
, l-
Elettriku
, l-
Ajru
, u t-
Telekomunikazzjont
(billi hu l-proprjetarju ta' kumpaniji kbar bħal
SNCF
(ferroviji) u
EDF
(elettriku)).
36
Franza għandha industrija importanti tal-ajruspazju (disinn tal-ajruplani u vetturi spazjali) bl-industrija
Airbus
fir-ras.
37
Tista' wkoll tvara razzi minn
Guyane française
38
Franza investiet ħafna fl-
enerġija nukleari
. Għalhekk Franza tipproduċi l-inqas dijossidu tal-karbonju fost is-seba' pajjiżi l-aktar industrijalizzati fid-dinja.
39
Il-59 impjant nukleari jiġġeneraw il-parti l-kbira tal-elettriku prodott fil-pajjiż (78% fl-2006,
40
minn 8% biss fl-1973, 24% fl-1980, u 75% fl-1990).
Franza hija l-ikbar produttur u esportatur agrikolu fl-Ewropa.
41
Tesporta qamħ, tjur, prodotti tal-ħalib, ċanga, u majjal. Hi famuża wkoll għall-industrija tal-inbid. Franza rċeviet 10 biljun ewro fl-2006 mill-Komunità Ewropea bħala sussidji lill-bdiewa.
42
Kultura
immodifika
immodifika s-sors
Musée du Louvre-Louvre Museum-Mużew tal-Louvre,
Pariġi
Veduta mill-ajru tal-Palazz tal-Louvre u l-Park tat-Tuileries, fl-1 ta' Jannar 2018
Lingwa
immodifika
immodifika s-sors
Il-
Franċiż
hi l-
lingwa
uffiċjali ta' Franza. Din appartjeni għall-grupp ta' lingwa Rumanzi li jinkludi t-
Taljan
u l-
Ispanjol
u oħrajn. Imbagħad hemm ukoll ħafna djaletti reġjonali. L-Alsazjan, djalett Ġermaniż jitkellmuh f'Alsace u f'partijiet ta'
Lorraine
fi Franza tal-Lvant. Il-Franċiż kien il-lingwa tad-diplomazija u l-
kultura
fl-
Ewropa
bejn is-Seklu 17 u u d-19 u għadu użat ħafna.
43
Xi nies fi Franza jitkellmu wkoll bil-Bask, Breton, Katalan, Korsikan, Ġermaniż, Fjamming u Occitan.
Reliġjon
immodifika
immodifika s-sors
Reliġjożità fi Franza
reliġjon
perċentaġġ
Insara
54%
Bla reliġjon
31%
Misilmin
4%
Lhud
1%
Oħrajn
jew bla opinjoni
10%
Faċċata tan-Nofsinhar u nava ta' Notre-Dame (Madonna bil-Franċiż) fl-2017, sentejn qabel in-nar, Sit ta' Wirt Dinji tal-
UNESCO
Franza hi stat sekulari u l-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-libertà tar-reliġjon.
44
Il-popolazzjoni hi bejn wieħed u ieħor, 51%
Kattolika
, 31% tan-nies huma anjostiċi jew atej, 4% huma
Misilmin
, 3% jgħidu li huma
Protestanti
u 1% jgħidu li huma
Lhud
. 10% huma minn reliġjonijiet oħra jew ma għandhomx opinjoni dwar ir-reliġjon.
45
46
Skont stħarriġ tal-opinjoni fl-2005:
47
34%
taċ-ċittadini Franċiżi jgħidu li
"jemmnu li hemm
Alla
27%
jgħidu li
"jemmnu li hemm xi spirtu jew qawwa tal-ħajja"
33%
jgħidu li
"ma jemmnux li hemm xi spirtu, Alla jew qawwa tal-ħajja."
Letteratura
immodifika
immodifika s-sors
It-Tliet Muskettieri
ta'
Alexandre Dumas
Il-letteratura Franċiża bdiet fil-
Medjuevu
48
Il-Franċiż kien maqsum f'bosta djaletti dak iż-żmien u l-ortografija kienet tvarja minn awtur għall-ieħor.
Matul is-Seklu 17, l-awturi ewlenin kienu
Pierre Corneille
Jean Racine
Moliere
Blaise Pascal
René Descartes
49
Fis-sekli 18 u 19, il-letteratura Franċiża laħqet l-aqwa tagħha. Fis-seklu 18 kien raw saġġisti u moralisti bħal
Voltaire
Jean-Jacques Rousseau
. Ħafna mir-rumanzi Franċiżi famużi inkitbu fis-seklu 19 minn awturi bħal
Victor Hugo
Alexandre Dumas
Jules Verne
. Dawn kitbu rumanzi popolari bħall
It-Tliet Muskettieri
Il-Konti ta' Monte Cristo
Għoxrin Elf Liga taħt il-Baħar
Il-Ħotbi ta' Notre-Dame
. Fost il-kittieba tar-rumanzi tas-seklu 19 insibu 'l
Emile Zola
Guy de Maupassant
Théophile Gautier
Stendhal
50
Arti
immodifika
immodifika s-sors
Claude Monet
waqqaf il-moviment
Impressionista
Femme avec un parasol
, 1886,
Musée d'Orsay
).
La Goulue jasal fil-Moulin Rouge, ta' Toulouse-Lautrec (1892)
Il-bidu tal-arti Franċiża kien influwnzat ħafna mill-arti Fjamminga u Taljana fi żmien ir-Rinaxximent. L-iSkola tal-Pittura ta' Fontainebleau fir-rinaxximent kienet imnebbħa direttament minn pitturi Taljani bħal
Primaticcio
Rosso Fiorentino
, li tnejn kienu jaħdmu Franza. Tnejn mill-pitturi l-iżjed famużi ta'
żmien il-Barokk
Nicolas Poussin
Claude Lorrain
, kienu jgħixu l-Italja. Is-seklu 17 kien il-perjodu meta l-pittura Franċiża saret l-iżjed prominenti u individwalizzat ruħha permezz tal-klassiċiżmu. Il-priminstru ta' Lwiġi XIV
Jean-Baptiste Colbert
fl-1648 waqqaf l-Akkademja Rjali tal-Pittura u Skultura biex tipproteġi dawn l-artisti. u fl-1666 ħalaq l-Akkademja Franċiża f'Ruma, li għadha sejra, biex ikun hemm kuntatt dirett mal-artisti Taljani.
Le Penseur
ta'
Auguste Rodin
(1902),
Musée Rodin
, Pariġi.
Fis-seklu 18, l-artisti Franċiżi żvillupaw l-istil rokoko, verżjoni iżjed intima tal-istil barokk ta' qabel. Ix-xogħlijiet tal-artisti appoġġati mill-qorti rjali
Antoine Watteau
François Boucher
Jean-Honoré Fragonard
huma eżempji mill-aħjar ta' dan l-istil. Ir-
Rivoluzzjoni Franċiża
ġabet bidliet kbar, billi
Napuljun
kien jiffavorixxi l-artisti tal-
istil neoklassiku
bħal
Jacques-Louis David
u l-
Académie des Beaux-Arts
li kellha ħafna influwenza stabbiliet l-istil magħruf bħala
Akkademiżmu
. F'din l-epoka Franza saret ċentru ta' ħolqien artistiku u l-ewwel nofs tas-seklu 19 kien iddominat minn żewħ movimenti, wieħed wara l-ieħor. L-ewwel kien ir-
Romantiċiżmu
b'
Théodore Géricault
Eugène Delacroix
, u mbagħad ir-
Realiżmu
b'
Camille Corot
Gustave Courbet
Jean-François Millet
, stil li spiċċa biex żviluppa fin-
Naturaliżmu
Fit-tieni nofs tas-seklu 19, l-influwenza ta' Franza fuq il-pittura saret saħansitra iżjed importanti, bl-iżvilupp ta' stili ġodda ta' pittura bħall-
Impressjoniżmu
u s-
Simboliżmu
. Il-pitturi impressjonisti l-iżjed famużi kienu
Camille Pissarro
Édouard Manet
Edgar Degas
Claude Monet
Auguste Renoir
51
It-tieni ġenerazzjoni tal-pitturi tal-istil impressjonista
Paul Cézanne
Paul Gauguin
Toulouse-Lautrec
Georges Seurat
kienu wkoll fir-ras ta' evoluzzjonijiet artistiċi
52
flimkien mal-artisti
fauvisti
Henri Matisse
André Derain
Maurice de Vlaminck
53
54
fil-bidu tas-seklu 29
Georges Braque
u l-pittur Sspanjol
Pablo Picasso
, li kien jgħix Pariġi, żviluppaw il-
Kubiżmu
. Kien hemm pitturi oħra barranin li kienu joqogħdu u jaħdmu Pariġi jew fil-qrib, bħal
Vincent van Gogh
Marc Chagall
Amedeo Modigliani
Wassily Kandinsky
Sports
immodifika
immodifika s-sors
Il-
Peloton
(tfisser "il-qattgħa" bil-Franċiż) tat-
Tour de France
It-tiġrija tar-roti,
Tour de France
, li ssir kull Lulju hija wieħed mill-avvenimenti sportivi l-aktar magħrufa.
55
Din-tellieqa tieħu tliet ġimgħat u twila madwar 3500 km, tgħaddi minn ħafna minn Franza u tintemm fiċ-ċentru ta' Pariġi, fl-
Avenue des Champs-Elysées
Il-
Futbol
hu sport ieħor popolari fi Franza. It-tim Franċiż rebaħ it-
Tazza tad-Dinja tal-Futbol
fl-1998 u l-
Kampjonat Ewropew tal-Futbol
fl-1984 u fl-2000.
Franza tospita wkoll tiġrija ta' 24 Siegħa tal-karozzi ta'
Le Mans
. Il-logħob tat-
Tazza tad-Dinja tar-Rugby
sar Franza fl-2007 u Franza spiċċat ir-raba'.
56
Franza kellha x'taqsam ħafna mal-
Logħob Olimpiku Modern
. Fl-aħħar tas-seklu 19, il-
Baruni
Pierre de Coubertin
issuġġerixxa li jibda jsir il-Logħob Olimpiku mill-ġdid. Franza ospitat l-
Olimpjadi tas-Sajf
darbtejn, fl-1900 u 1924, f'
Pariġi
. Franza ospitat ukoll l-
Olimpijadi tax-Xitwa
tliet darbiet, fl-1924 f'
Chamonix
, fl-1968 f'
Grenoble
, u fl-1992 f'
Albertville
Kċina
immodifika
immodifika s-sors
Terrina tas-salamun bil-ħabaq
Il-kċina Franċiża influwenzat l-istil tat-tisjir madwar l-Ewropa kollha, u l-koki Franċiżi jaħdmu fir-ristoranti madwar id-dinja.
57
L-"haute cuisine" bdewha koki famużi Franċiżi bħal François Pierre La Varenne (1615-1678) u l-kok ta'
Napuljun
, Marie-Antoine Careme ( 1784-1833). Dawn il-koki żviluppa stil eħfef ta ikel imqabbel mal-ikel tal-
Medjuevu
. Użaw inqas ħwawar u aktar ħxejjex aromatiċi u l-krema.
Il-kċina Franċiża fis-seklu 20 zviluppaha l-iżjed Auguste Escoffier (1846-1935)li kien ġenju fl-organizzazzjoni. Sab kif għandhom jiġu maniġġati ristoranti kbar, bħal f'lukanda kbira jew f'palazz, kif il-ħaddiema għandhom jiġu organizzati u kif il-menu għandu jitħejja. Huwa kellu metodi għall kollox. L-akbar kontribuzzjoni ta' Escoffier kienet il-pubblikazzjoni ta'
La Guide Culinaire
fl-1903, li stabbiliet l-fundamenti tat-tisjir Franċiż. Escoffier immaniġġa r-ristoranti u l-kċina fil-lukandi Savoy u Carlton f'
Londra
, ir-Ritz f'Pariġi. Forsi l-iżball ta' Escoffier kien li ħalla barra ħafna mill-karattru kulinari li nsibu fir-reġjuni ta' Franza.
Fis-seklu 20 il-Gastro-turiżmu u l-gwida
Michelin
għenu biex in-nies isiru jafu kemm hi għanja l-kċina tal-borġeżija u tal-gabillotti fil-kampanja Franċiża. Il-kċina ta' Gascogne kellha influwenza kbira fuq il-kċina tal-Lbiċ ta' Franza. Ħafna platti li darba kienu reġjonali infirxu b'varjazzjonijiet mal-pajjiż. Il-
Ġobon
u l-
Inbid
huma parti ewlenija tal-kċina.
58
59
butir
biex isajru waqt li fi Franza t'Isfel jippreferu ż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm.
60
Franza, kull reġjun għandu l-platti speċjali tiegħu bħax-
choucroute
f'Alsace, il-
quiche
f'Lorraine, il-
cassoulet
f'Languedoc-Roussillon u t-
tapenade
f'Provence-Alpes-Côte d'Azur.
F'Novembru 2010,
UNESCO
żid il-
gastronomija Franċiża
mal-lista tal-"patrimonju kulturali intanġibbli".
61
62
Turiżmu
immodifika
immodifika s-sors
Il-
Palazz ta' Versailles
, waħda mid-destinazzjonijiet turistiċi l-aktar popolari fi Franza
Franza hija l-akbar destinazzjoni turistika fid-dinja. Fl-2007, 81.9 miljun turist barranin żaru Franza.
Spanja it-tieni (58.5 miljun fl-2006) u l-
iStati Uniti
it-tielet (51.1 miljun fl-2006).
Fost l-attrazzjonijiet l-aktar famużi hemm it-
Torri Eiffel
u l-
Arc de Triomphe
f'Pariġi u
Mont Saint Michel
, fin-
Normandija
63
F'subborg fil-Lvant ta' Pariġi hemm
Disneyland
Ewropeja. din l-attrazzjoni infetħet fl-1992 u saret wkoll destinazzjoni turistika popolari fl-
Ewropa
L-aktar bliet popolati (Franza Kontinentali)
immodifika
immodifika s-sors
Pariġi
Pariġi
Pariġi
Pariġi
Pariġi
Pariġi
Pariġi
Pariġi
Marsilja
Marsilja
Lyon
Lyon
Lyon
Lyon
Lyon
Lyon
Lyon
Lyon
Toulouse
Toulouse
Nizza
Nizza
Nantes
Strasbourg
Montpellier
Lille
Rennes
Reims
Reims
Le Havre
Saint-Étienne
Toulon
Grenoble
Dijon
Dijon
Angers
Aix-en-Provence
Nîmes
Limoges
Amiens
Tours
Le Mans
Brest (Franza)
Clermont-Ferrand
Besançon
Orleans
Arles
Gallerija tal-Bliet ta' Franza Kontinentali
immodifika
immodifika s-sors
La Rochelle
La Rochelle
Albi
Sélestat
Sélestat
Chantilly
Narbonne, Aude
Narbonne, Aude
Rochefort, Charente Marítimo, Nueva Aquitanía, Franza
Rochefort, Charente Marítimo, Nueva Aquitanía, Franza
Rochefort, Charente Marítimo, Nueva Aquitanía, Franza
Carcassonne, Occitania, Franza
Carcassonne, Occitania, Franza
Carcassonne, Occitania, Franza
Carcassonne, Occitania, Franza
Carcassonne, Occitania, Franza
Carcassonne, Occitania, Franza
Carcassonne, Occitania, Franza
Carcassonne, Occitania, Franza
Carcassonne, Occitania, Franza
Carcassonne, Occitania, Franza
Orange, Vaucluse, Franza
Orange, Vaucluse, Franza
Orange, Vaucluse, Franza
Orange, Vaucluse, Franza
Orange, Vaucluse, Franza
Orange, Vaucluse, Franza
San Quintín, Aisne
Id-dar tal-Chanonges (seklu 13), Embrum, Hautes-Alpes
Irissarry
Troyes
Aigues-Mortes
Aigues-Mortes
Aigues-Mortes
Aigues-Mortes
Aigues-Mortes
Aigues-Mortes
Aigues-Mortes
Aigues-Mortes
Aigues-Mortes
Aigues-Mortes
Aigues-Mortes
Gallerija tal-Bliet ta' Franza Barranija
immodifika
immodifika s-sors
Cayenne, Gujana Franċiża (Guyane Française)
Matoury, Gujana Franċiża (Guyane Française)
Veduta ta' Saint-George mix-xmara, Gujana Franċiża (Guyane Française)
Saint-Laurent-du-Maroni, Gujana Franċiża (Guyane Française)
Kourou, Gujana Franċiża (Guyane Française)
Veduta tal-Xmara Approuague (Apuruaque fi Tupi). Huwa 335 km (208 mil) minn Regina, Gujana Franċiża (Guyane Française)
Ouanary (Kreolo tal-Gujana Franċiża: Wannari), Gujana Franċiża (Guyane Française)
Gujana Franċiża (Guyane Française)
Muntanji Tumuk Humak fuq mappa mill-1891, deskritti biss bħala "Il-firxa tal-muntanji li taqsam il-Gujana mill-baċin tal-Amażonja."
Veduta tax-Xmara Oyapock mill-Brażil lejn il-Gujana Franċiża (Guyane Française)
Guisanbourg fl-1856 mix-Xmara Approuague, Gujana Franċiża (Guyane Française)
Remire-Montjoly, Gujana Franċiża (Guyane Française)
Basse-Terre, Guadalupe
Pointe-à-Pitre, Guadalupe
Martinique
Fort-de-France, Martinique
Mamoudzou, Mayotte
Dembéni, Mayotte
Saint-Denis, La Réunion/La Rényon
Gustavia, Saint-Barthélemy
Marigot, Saint-Martin
Saint-Martin
Saint-Pierre-et-Miquelon
Saint-Pierre-et-Miquelon
Matā'utu, Wallis et Futuna
Ritratt tas-satellita tal-gżira meħud minn Terra/MODIS (24 ta' Settembru 2012)., Grande Terre hija l-akbar u l-gżira prinċipali ta' New Caledonia, li hija territorju ta' Franza.
Kaledonja Ġdida
Mappa tal-Kaledonja Ġdid
Mappa tal-Kaledonja Ġdida
Nouméa hija l-kapitali u l-akbar belt tal-kollettività speċjali Franċiża tal-Kaledonja l-Ġdida u hija wkoll l-akbar belt frankofona fl-Oċeanja
Katidral, Nouméa hija l-kapitali u l-akbar belt tal-kollettività speċjali Franċiża tal-Kaledonja l-Ġdida u hija wkoll l-akbar belt frankofona fl-Oċeanja
Fanal (Phare Amédée), Nouméa hija l-kapitali u l-akbar belt tal-kollettività speċjali Franċiża tal-Kaledonja l-Ġdida u hija wkoll l-akbar belt frankofona fl-Oċeanja
Il-Musée de la Ville de Nouméa fuq Rue Jean Jaurès f'Nouméa, New Caledonia, Nofsinhar tal-Paċifiku, huwa l-ex town hall tal-belt (1880), Nouméa hija l-kapitali u l-akbar belt tal-kollettività speċjali Franċiża tal-Kaledonja l-Ġdida u hija wkoll l-akbar belt frankofona fl-Oċeanja
"Fontaine Céleste" on the "Place des Cocotiers", Nouméa hija l-kapitali u l-akbar belt tal-kollettività speċjali Franċiża tal-Kaledonja l-Ġdida u hija wkoll l-akbar belt frankofona fl-Oċeanja
L-Ajruport Internazzjonali ta' La Tontouta, magħruf ukoll bħala Nouméa - Ajruport Internazzjonali ta' La Tontouta (bil-
Franċiż
: Aéroport de Nouméa - La Tontouta; IATA: NOU, ICAO: NWWW), Kaledonja ġdida
Pic Malaoui (687 m), Dumbéa, Provinċja tan-Nofsinhar, Kaledonja ġdida
Le Mont-Dore, Provinċja tan-Nofsinhar, Kaledonja ġdida
Lifou huwa komun ta' Franza fil-Provinċja tal-Gżejjer Lealtà tal-Kaledonja l-Ġdida fl-
Oċean Paċifiku
Wé hija belt żgħira fil-komun ta' Lifou, fil-Provinċja tal-Gżejjer Lealtà, New Caledonia
Post tal-komun ta' Lifou (bl-aħmar) fi New Caledonia
Il-Gżira Lifou
Lifou mill-ispazju, Novembru 1990
Tiga Island, imsejħa wkoll Tokanod, hija gżira żgħira fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku.
Polynésie Française/Porinetia Farani
Polynésie Française/Porinetia Farani
Dent du Géant
Tahiti (bil-Franċiż: Tahiti, storikament imsejħa Otaheite), Arċipelagu tas-Soċjetà., Polineżja Franċiża
Tahaa (Tajtijan: Taha'a, li qabel kienet imsejħa wkoll 'Uporu), Gżejjer tas-Soċjetà, Polineżja Franċiża
Tahaa (Tajtijan: Taha'a, li qabel kienet imsejħa wkoll 'Uporu), Gżejjer tas-Soċjetà, Polineżja Franċiża
Tahaa (Tajtijan: Taha'a, li qabel kienet imsejħa wkoll 'Uporu), Gżejjer tas-Soċjetà, Polineżja Franċiża
Tahaa (Tajtijan: Taha'a, li qabel kienet imsejħa wkoll 'Uporu), Gżejjer tas-Soċjetà, Polineżja Franċiża
Il-Gżejjer tas-Soċjetà (Franċiż: Îles de la Société3 jew Archipel de la Société;5 Taħitjan: Tōtaiete mā o te fenua Tōtaiete mā), Polineżja Franċiża
Bora Bora, Gżejjer tas-Soċjetà
Motu One, Tahiti, il-Polineżja Franċiża. (Żona: 2.8 km)
Maupihaa (Maupiha'a fit-Tahitian standard), Tahiti, Polineżja Franċiża
Manuae (Gżejjer tas-Soċjetà), Tahiti, il-Polineżja Franċiża
Bora Bora (
Franċiż
: Bora-Bora; Taħitjan: Pora Pora), Tahiti, il-Polineżja Franċiża
Maupiti, Bora Bora, Tahiti, il-Polineżja Franċiża
Mehetia (jew ukoll Meetia; Meheti'a fit-Tahitian standard), Tahiti, il-Polineżja Franċiża
Huahine, Gżejjer tas-Soċjetà, Tahiti, il-Polineżja Franċiża
Port ta' Papeete, Tahiti, Gżejjer tas-Soċjetà, il-Polineżja Franċiża
Balieni f'Cook's Bay fuq il-Gżira ta' Moorea (Baleine baie de Cook à Moorea), Tahiti, il-Polineżja Franċiża
Referenzi
immodifika
immodifika s-sors
Fond Monetarju Internazzjonali (ed.).
"Franza"
(bl-Ingliż)
. Miġbur
2009-04-22
Ir-Repubblikka Franċiża kollha minbarra t-territorji 'l barra mill-ibħra Franċiżi fl-
Oċean Paċifiku
Territorji 'l barra mill-ibħra Franċiżi fl-Oċean Paċifiku.
Barra l-użu ta'
.fr
, diversi dominji tal-aqwa livell tal-internet jiġu wżati fid-dipartimenti u territorji barra mix-xtut Franċiżi:
.re
.mq
.gp
.tf
.nc
.pf
.wf
.pm
.gf
.yt
. Aktar minn hekk, Franza tuża' wkoll
.eu
, maqsum flimkien mal-membri l-oħra tal-
Unjoni Ewropea
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2012-12-26
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
(PDF)
. Arkivjat minn
l-oriġinal
(PDF)
fl-2008-12-28
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2016-09-12
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2011-08-31
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2009-08-05
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2011-04-30
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2010-06-12
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2011-07-22
. Miġbur
2013-02-15
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2010-09-22
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2010-04-24
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
(PDF)
. Arkivjat minn
l-oriġinal
(PDF)
fl-2018-12-26
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
(PDF)
. Arkivjat minn
l-oriġinal
(PDF)
fl-2009-06-17
. Miġbur
2013-02-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2011-06-04
. Miġbur
2013-02-15
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2008-12-17
. Miġbur
2013-02-26
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2012-07-09
. Miġbur
2013-02-26
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
(PDF)
. Arkivjat minn
l-oriġinal
(PDF)
fl-2007-06-29
. Miġbur
2013-02-15
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Électricité en France: les principaux résultats en 2006"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2007-06-03
. Miġbur
2013-02-15
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2016-04-19
. Miġbur
2013-02-15
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Le néo-impressionnisme de Seurat à Paul Klee"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2017-10-10
. Miġbur
2013-02-26
"The Fauves (dossier)"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2010-11-05
. Miġbur
2013-02-26
"Vlaminck, version fauve"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2017-10-10
. Miġbur
2013-02-26
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2011-07-18
. Miġbur
2013-02-26
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2010-07-23
. Miġbur
2013-02-15
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2010-08-27
. Miġbur
2013-02-15
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
Arkivjat
mill-orġinal fl-2011-04-25
. Miġbur
2011-04-25
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Archive copy"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2010-11-20
. Miġbur
2013-02-26
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (
link
"Musées et Monuments historiques"
. Arkivjat minn
l-oriġinal
fl-2007-12-24
. Miġbur
2013-02-15
Ħoloq esterni
immodifika
immodifika s-sors
Wikimedia Commons
għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma':
Franza
Franza fis-CIA World Factbook
Franza fuq
UCB Libraries GovPubs
Franza fuq DMOZ
Franza fl-
Encyclopædia Britannica
Franza fl-Unjoni Ewropea
Atlas ta' Franza fuq Wikimedja
Economija
INSEE, National Institute of Statistics and Economic Studies
OECD Statistiki ta' Franza
Kultura
Cocorico! Kultura Franċiża
Contemporary French Civilization
, Università ta' Illinois
Turizmu
FranceGuide Sit uffiċjali tal-uffiċju tat-turiżmu tal-Gvern Franċiż
Stati membri tal-
Unjoni Ewropea
Awstrija
Belġju
Bulgarija
Ċekja
Ċipru
Danimarka
Estonja
Finlandja
Franza
Ġermanja
Greċja
Irlanda
Italja
Kroazja
Latvja
Litwanja
Lussemburgu
Malta
Pajjiżi l-Baxxi
Polonja
Portugall
Rumanija
Slovakkja
Slovenja
Spanja
Ungerija
Żvezja
Pajjiżi
fl-
Ewropa
Stati sovrani
Albanija
Andorra
Armenja
Awstrija
Ażerbajġan
Belġju
Belarussja
Bożnija-Ħerzegovina
Bulgarija
Ċekja
Ċipru
Danimarka
Estonja
Finlandja
Franza
Georgia
Ġermanja
Greċja
Irlanda
Italja
Iżlanda
Każakistan
Kroazja
Latvja
Liechtenstein
Litwanja
Lussemburgu
Maċedonja ta' Fuq
Malta
Moldova
Monaco
Montenegro
Norveġja
Pajjiżi l-Baxxi
Polonja
Portugall
Renju Unit
Rumanija
Russja
San Marino
Serbja
Slovakkja
Slovenja
Spanja
Turkija
Ukrajna
Ungerija
Vatikan
Żvezja
Żvizzera
Stati b'rikonoxximent limitat
Abkażja
Kosovo
Nagorno-Karabakh
Ossezja t'Isfel
Repubblika Torka tat-Tramuntana ta' Ċipru
Transnistrija
Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO)
Albanija
Belġju
Bulgarija
Ċekja
Danimarka
Estonja
Franza
Ġermanja
Greċja
Italja
Iżlanda
Kanada
Kroazja
Latvja
Litwanja
Lussemburgu
Maċedonja ta' Fuq
Montenegro
Norveġja
Pajjiżi l-Baxxi
Polonja
Portugall
Renju Unit
Rumanija
Slovakkja
Slovenja
Spanja
Stati Uniti
Turkija
Ungerija
Miksub minn "
Kategoriji
Stati membri tal-Unjoni Ewropea
Pajjiżi stabbiliti fl-1792
Franza
Kategoriji moħbija:
Sorsi CS1 bl-Ingliż (en)
Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu
Franza
Żid diskussjoni
US