Pjanta - Wikipedija
Aqbeż għall-kontentut
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Widnet il-Baħar
, il-pjanta nazzjonali ta'
Malta
Pjanta
jew
xitla
hija organiżmu ewkarjotiku fir-
renju
Plantae
. Il-pjanti huma fil-biċċa l-kbira fotosintetiċi, li jfisser li jiksbu l-enerġija tagħhom mid-dawl tax-
xemx
. Dan jagħmluh billi jużaw il-pigment
aħdar
magħruf bħala klorofilla fil-kloroplasti tagħhom biex jipproduċu z-zokkor mid-diossidu tal-karbonju u mill-
ilma
. Xi eċċezzjonijiet huma l-pjanti parassitiċi li tilfu l-ġeni għall-klorofilla u għall-
fotosinteżi
, u dawn jiksbu l-enerġija tagħhom minn pjanti jew
fungi
oħra. Il-biċċa l-kbira tal-pjanti huma multiċellolari għajr għal xi
algi
ħodor.
Storikament
, bħal fil-
bijoloġija
ta'
Aristotli
, ir-renju tal-pjanti kien jinkludi l-affarijiet ħajjin kollha li ma kinux
annimali
, u kien jinkludi l-algi u l-fungi. Id-definizzjonijiet djiequ minn dak iż-żmien 'l hawn; id-definizzjonijiet attwali jeskludu l-fungi u wħud mill-algi. Skont id-definizzjoni użata f'dan l-artiklu, il-pjanti jiffurmaw ir-raggruppament
Viridiplantae
(pjanti ħodor), li jikkonsisti mill-algi ħodor u mill-embrijofiti jew mill-pjanti tal-art (ċeratofilli, epatiki, muski, likofiti, felċi, koniferi u ġimnospermi oħra, u pjanti li jarmu l-fjuri jew anġjospermi). Definizzjoni bbażata fuq il-ġenomi tinkludi l-
Viridiplantae
, flimkien mal-algi
ħomor
u l-glawkofiti, fir-raggruppament
Archaeplastida
Hemm madwar 380,000
speċi
magħrufa ta' pjanti, li minnhom il-maġġoranza, xi 260,000 speċi, jipproduċu ż-żrieragħ. Dawn ivarjaw bħala daqs minn uniċellolari għall-ogħla siġar. Il-pjanti ħodor jipprovdu proporzjon sostanzjali tal-
ossiġenu
molekolari tad-
dinja
; iz-zokkor li joħolqu jipprovdu l-enerġija għall-biċċa l-kbira tal-ekosistemi tad-dinja, u organiżmi oħra, inkluż l-annimali, jew jieklu l-pjanti direttament jew jiddependu fuq organiżmi li jagħmlu dan.
Il-qmuħ, il-
frott
u l-ħxejjex huma ikel bażiku għall-
bniedem
u ilhom iddomestikati għal millenji. In-nies jużaw il-pjanti għal bosta skopijiet, bħall-materjali għall-bini, l-ornamenti, materjali għall-kitba, u b'varjetà kbira, għall-
mediċini
. L-istudju
xjentifiku
tal-pjanti huwa magħruf bħala l-
botanika
, li hija fergħa tal-bijoloġija.
Definizzjoni
immodifika
immodifika s-sors
Id-desmid
Cosmarium botrytis
hija uniċellolari.
Storja tassonomika
immodifika
immodifika s-sors
Tradizzjonalment, l-affarijiet ħajjin kollha kienu jitpoġġew f'wieħed minn żewġ gruppi, il-pjanti u l-annimali. Din il-
klassifikazzjoni
tmur lura għal żmien Aristotli (384–322
Q.K
.), li ddistingwa livelli differenti ta' ħlejqiet fil-bijoloġija tiegħu, abbażi tal-ħsieb dwar jekk il-ħlejqiet kellhomx "ruħ sensittiva" jew bħall-pjanti "ruħ veġetattiva" biss. Teofrastu, student ta' Aristotli, komplu x-xogħol tiegħu fit-tassonomija u fil-klassifikazzjoni tal-pjanti. Ferm wara,
Carl Linnaeus
(1707–1778) ħoloq il-bażi tas-sistema moderna tal-klassifikazzjoni xjentifika, iżda żamm ir-renji tal-annimali u tal-pjanti, u r-renju tal-pjanti tah l-isem ta'
Vegetabilia
Kunċetti alternattivi
immodifika
immodifika s-sors
Meta l-isem "pjanta" jew
Plantae
jiġi applikat għal grupp speċifiku ta' organiżmi jew
taksa
, normalment jirreferi għal wieħed minn erba' kunċetti. Mill-inqas sal-iżjed inklużivi, dawn l-erba' raggruppamenti huma:
Isem/Ismijiet
Ambitu
Organizzazzjoni
Deskrizzjoni
Pjanti tal-art, magħrufa wkoll bħala embrijofiti
Plantae
sensu strictissimo
Multiċellolari
Il-
pjanti fl-iktar sens strett
jinkludu l-epatiki, iċ-ċeratofilli, il-muski u l-pjanti vaskulari, kif ukoll il-pjanti fossili simili għal dawn il-gruppi ħajjin (eż. il-metafiti,
Whittaker, 1969
, il-
Plantae
Margulis, 1971
).
Pjanti ħodor, magħrufa wkoll bħala
Viridiplantae
, viridifiti, klorobijonti jew kloroplastidi
Plantae
sensu stricto
Uħud uniċellolari, uħud multiċellolari
Il-
pjanti f'sens strett
jinkludu l-algi ħodor u l-pjanti tal-art li feġġew fi ħdanhom, inkluż il-kari. Ir-relazzjonijiet bejn il-gruppi tal-pjanti għadhom qed jiġu analizzati, u l-ismijiet mogħtija jvarjaw b'mod konsiderevoli. Ir-raggruppament tal-
Viridiplantae
jinkludi grupp ta' organiżmi biċ-ċelluloża fil-ħitan taċ-ċelloli tagħhom, għandhom il-klorofilli
, u għandhom plastidi miżmuma b'żewġ membrani biss li kapaċi jagħmlu l-fotosinteżi u jaħżnu l-lamtu. Dan ir-raggruppament huwa s-suġġett prinċipali ta' dan l-artiklu (eż. il-
Plantae
Copeland, 1956
).
Arkeoplastidi, magħrufa wkoll bħala plastidi jew
Primoplantae
Plantae
sensu lato
Uħud uniċellolari, uħud multiċellolari
Il-
pjanti f'sens wiesa'
jinkludu l-pjanti ħodor elenkati hawn fuq flimkien mal-algi ħomor (rodofiti) u l-algi glawkofiti (
Glaucophyta
) li jaħżnu l-lamtu Floridean 'il barra mill-plastidi, fiċ-ċitoplażma. Dan ir-raggruppament jinkludi l-organiżmi kollha li minn ewl id-dinja kisbu l-kloroplasti primarji tagħhom direttament billi inkorporaw iċ-ċjanobatterji (eż. il-
Plantae
Cavalier-Smith, 1981
).
Definizzjonijiet antiki ta' pjanta (antikwati)
Plantae
sensu amplo
Uħud uniċellolari, uħud multiċellolari
Il-
pjanti fl-iktar sens wiesa'
kienu jinkludu l-gruppi mhux relatati ta' algi, fungi u batterji f'klassifikazzjonijiet antikwati tal-imgħoddi (eż. il-
Plantae
jew il-
Vegetabilia
Linnaeus
, 1751
, il-
Plantae
Haeckel
, 1866
, il-
Metaphyta
Haeckel, 1894
, il-
Plantae
Whittaker, 1969
).
Evoluzzjoni
immodifika
immodifika s-sors
Is-
Sequoia sempervirens
tikber sa għoli ta' 120 metru (380 pied).
Diversità
immodifika
immodifika s-sors
Hemm madwar 382,000 speċi aċċettati ta' pjanti, li minnhom il-maġġoranza l-kbira, xi 283,000 speċi, jipproduċu ż-żrieragħ. It-tabella ta' hawn taħt turi xi stimi tal-għadd ta' speċijiet ta' diviżjonijiet differenti ta' pjanti ħodor (
Viridiplantae
). Madwar 85–90
% tal-ispeċijiet kollha ta' pjanti huma pjanti li jarmu l-fjuri. Attwalment diversi proġetti qed jippruvaw jiġbru rekords dwar it-taksa kollha tal-pjanti fil-bażijiet tad-data online, eż. il-Flora Dinjija Online.
Il-pjanti jvarjaw bħala skala minn organiżmi uniċellolari bħad-desmidi (minn 10 mikrometri (μm)) u l-pikożoa (inqas minn 3 μm), sal-ikbar siġar (megaflora) bħall-konifera
Sequoia sempervirens
(għolja sa 120
metru
(380 pied)) u l-anġjosperma
Eucalyptus regnans
(għolja sa 100 metru (325 pied)).
Diversità tad-diviżjonijiet tal-pjanti ħodor ħajjin (
Viridiplantae
) skont l-għadd ta' speċijiet
Grupp informali
Isem tad-diviżjoni
Phylum
Isem komuni
Nru ta' speċijiet ħajjin
Algi ħodor
Chlorophyta
Algi ħodor (klorofiti)
3,800–4,300
Charophyta
Algi ħodor (eż. desmidi u kari)
2,800–6,000
Brijofiti
(muski, ċeratofilli u epatiki)
Marchantiophyta
Epatiki
6,000–8,000
Anthocerotophyta
Ċeratofilli
100–200
Bryophyta
Muski
12,000
Pteridofiti
(felċi u alleati)
Lycopodiophyta
Likopodi
1,200
Polypodiophyta
Felċi, felċi frosta u rasparelli
11,000
Spermatofiti
(pjanti taż-żrieragħ)
Cycadophyta
Ċikadi
160
Ginkgophyta
Ginkgo
Pinophyta
Koniferi
630
Gnetophyta
Gnetofiti
70
Angiospermae
Pjanti li jarmu l-fjuri
258,650
It-tismija tal-pjanti hija rregolata skont il-Kodiċi Internazzjonali tan-Nomenklatura għall-algi, għall-fungi u għall-pjanti u l-Kodiċi Internazzjonali tan-Nomenklatura għall-Pjanti Kkultivati.
Storja evoluzzjonarja
immodifika
immodifika s-sors
Fil-Ġurassiku kien hemm diversità ta' koniferi u spiss kienu dominanti. Il-qalba tal-
Araucaria mirabilis
L-antenati tal-pjanti tal-art evolvew fl-ilma. Gruppi ta' algi ffurmaw fuq l-art xi 1,200 miljun sena ilu, iżda ma kienx qabel il-perjodu Ordoviċjan, madwar 450 miljun sena ilu, li feġġew l-ewwel pjanti tal-art, b'livell ta' organizzazzjoni bħal dak tal-brijofiti. Madankollu, il-fossili ta' organiżmi b'tallu ċċattjat fil-blat Pre-Kambrijan jissuġġerixxu li l-ewkarjoti multiċellolari tal-ilma ħelu diġà kienu jeżistu iktar minn 1,000 mya ilu.
Il-pjanti tal-art primittivi bdew jiddiversifikaw fil-perjodu Silurjan aħħari, madwar 420 miljun sena ilu. Imbagħad feġġew il-brijofiti, il-likopodi u l-felċi fir-rekord tal-fossili. L-
anatomija
tal-pjanti bikrin hija ppreservata f'dettall ċellolari f'ġabra ta' fossili tal-perjodu Devonjan bikri miċ-chert ta' Rhynie. Dawn il-pjanti bikrin ġew ippreservati billi ġew ippetrifikati fiċ-chert li fforma f'fawwariet termali vulkaniċi li kienu rikki bis-siliċe.
Sal-aħħar tal-perjodu Devonjan, il-biċċa l-kbira tal-karatteristiċi bażiċi tal-pjanti kienu preżenti, inkluż l-għeruq, il-weraq u l-
injam
sekondarju fis-siġar bħall-
Archaeopteris
. Fil-perjodu Karboniferu kien hemm l-iżvilupp ta' foresti f'ambjenti bassasa ddominati mil-likopodi u mir-rasparelli, fosthom uħud li kien kbar daqs is-siġar, u feġġew l-ewwel ġimnospermi, jiġifieri l-ewwel pjanti biż-żrieragħ. L-estinzjoni fil-perjodu Permo-Trijassiku biddlet b'mod radikali l-istrutturi tal-komunitajiet. Din jaf wittiet it-triq għall-evoluzzjoni tal-pjanti li jarmu l-fjuri fit-Trijassiku (~200 miljun sena ilu), b'radjazzjoni adattiva fil-Kretaċju li tant kienet rapida li
Charles Darwin
iddeskriviha bħala "misteru abominevoli". Il-koniferi ddiversifikaw mit-Trijassiku Aħħari 'l quddiem, u saru parti dominanti mill-flora fil-Ġurassiku.
Filoġenija
immodifika
immodifika s-sors
Fl-2019 ġiet proposta filoġenija bbażata fuq il-ġenomi u t-transkriptomi minn 1,153 speċi ta' pjanti. It-tqegħid tal-gruppi ta' algi huwa appoġġat mill-filoġeniji bbażati fuq il-ġenomi mill-
Mesostigmatophyceae
u mill-
Chlorokybophyceae
li issa laħqu ġew sekwenzjati. Kemm l-"algi klorofiti" kif ukoll l-"algi streptofiti" jiġu ttrattati bħala parafiletiċi (kolonni vertikali maġenb dijagramma filoġenetika) f'din l-analiżi, peress li l-pjanti tal-art feġġew minn ġo dawk il-gruppi. Il-klassifikazzjoni tal-brijofiti hija appoġġata kemm minn Puttick
et al.
fl-2018 kif ukoll mill-filoġeniji li jinvolvu l-ġenomi taċ-ċeratofilli li issa laħqu ġew sekwenzjati wkoll.
Fiżjoloġija
immodifika
immodifika s-sors
Ċelloli tal-pjanti
immodifika
immodifika s-sors
L-istruttura taċ-ċelloli tal-pjanti.
Iċ-ċelloli tal-pjanti għandhom karatteristiċi distintivi li ċelloli ewkarjotiċi oħra (bħal dawk tal-annimali) ma għandhomx. Dawn jinkludu l-vakwolu ċentrali mimli bl-ilma, il-kloroplasti, u l-ħajt taċ-ċelloli flessibbli u b'saħħtu, li jinsab 'il barra mill-membrana taċ-ċelloli. Il-kloroplasti jirriżultaw minn dik li xi darba kienet simbjożi ta' ċellola mhux fotosintetika u ċjanobatterju fotosintetiku. Il-ħajt taċ-ċelloli, li fil-biċċa l-kbira huwa magħmul miċ-ċelluloża, jippermetti liċ-ċelloli tal-pjanti jintefħu bl-ilma mingħajr ma jinfaqgħu. Il-vakwolu jippermetti liċ-ċellola tibdel id-daqs tagħha filwaqt li l-ammont ta' ċitoplażma jibqa' l-istess.
Struttura tal-pjanti
immodifika
immodifika s-sors
Il-biċċa l-kbira tal-pjanti huma multiċellolari. Iċ-ċelloli tal-pjanti jistgħu jinqasmu f'tipi ta' ċelloli multipli differenti, u jiffurmaw tessuti bħat-tessuti vaskolari bil-ksilema u bil-floema speċjalizzati tal-vini u taz-zkuk tal-weraq, u organi b'funzjonijiet fiżjoloġiċi differenti bħall-għeruq biex jassorbu l-ilma u l-minerali, iz-zkuk għall-irfid u għat-trasport tal-ilma u l-molekoli sintetizzati, il-weraq għall-fotosinteżi u l-fjuri għar-riproduzzjoni.
Fotosinteżi
immodifika
immodifika s-sors
Il-pjanti jagħmlu l-fotosinteżi, jimmanifatturaw il-molekoli tal-ikel (zokkor) u jużaw l-enerġija miksuba mid-dawl. Iċ-ċelloli tal-pjanti fihom il-klorofilli fi ħdan il-kloroplasti tagħhom, li huma pigmenti ħodor li jintużaw għall-qbid tal-enerġija mid-dawl. L-ekwazzjoni
kimika
minn tarf sa tard għall-fotosinteżi hija:
6CO2 + 6H2O + dawl --> C6H12O6 + 6O2.
Dan iwassal biex il-pjanti jirrilaxxaw l-ossiġenu fl-
atmosfera
. Il-pjanti ħodor jipprovdu proporzjon sostanzjali tal-ossiġenu molekolari tad-dinja, flimkien mal-kontributi mill-algi fotosintetiċi u ċ-ċjanobatterji.
Il-pjanti li sekondarjament adottaw stil ta' ħajja parassitiku jaf jitilfu l-ġeni involuti fil-fotosinteżi u l-produzzjoni tal-klorofilla.
Tkabbir u tiswija
immodifika
immodifika s-sors
It-tkabbir jiġi ddeterminat mill-interazzjoni ta' ġenoma tal-pjanta mal-ambjent fiżiku u bijotiku tagħha. Fost il-fatturi tal-ambjent fiżiku jew abijotiku hemm it-temperatur, l-ilma, id-dawl, id-diossidu tal-karbonju u n-nutrijenti fil-
ħamrija
. Il-fatturi bijotiċi li jaffettwaw it-tkabbir tal-pjanti jinkludu l-iffullar, ir-ragħa, il-batterji u l-fungi simbjotiċi benefiċi, u l-attakki mill-
insetti
jew mill-
mard
tal-pjanti.
Il-ġlata u d-diżidratazzjoni jistgħu jagħmlu ħsara jew joqtlu l-pjanti. Xi pjanti għandhom proteini kontra l-iffriżar, proteini kontra x-xokk termali u zokkor fiċ-ċitoplażma tagħhom li jippermettulhom jittolleraw dan l-istress. Il-pjanti jiġu esposti b'mod kontinwu għal stress fiżiku u bijotiku li jikkawża ħsara lid-
DNA
, iżda jistgħu jittolleraw u jsewwu ħafna minn din il-ħsara.
Riproduzzjoni
immodifika
immodifika s-sors
L-alternanza tal-ġenerazzjonijiet bejn gametofit aplojde (n, fuq) u sporofit diplojde (2n, isfel), fit-tipi kollha ta' pjanti.
Il-pjanti jirriproduċu biex jiġġeneraw in-nisel tagħhom, sew sesswalment bil-gameti, sew asesswalment, bit-tkabbir ordinarju. Bosta pjanti jużaw iż-żewġ mekkaniżmi.
Sesswali
immodifika
immodifika s-sors
Meta jirriproduċu sesswalment, il-pjanti jkollhom ċikli tal-ħajja kumplessi li jinvolvu l-alternanza tal-ġenerazzjonijiet. Ġenerazzjoni, l-isporofit, li jkun diplojde (b'żewġ settijiet ta' kromożomi), tnissel il-ġenerazzjoni ta' wara, il-gametofit, li jkun aplojde (b'sett wieħed ta' kromożomi). Xi pjanti jirriproduċu wkoll asesswalment permezz tal-ispori. F'xi pjanti li ma jarmux fjuri bħall-muski, il-gametofit sesswali jifforma l-biċċa l-kbira tal-pjanta viżibbli. Fil-pjanti biż-żrieragħ (ġimnospermi u pjanti li jarmu l-fjuri), l-isporofit jifforma l-biċċa l-kbira tal-pjanta viżibbli, u l-gametofit ikun żgħir ħafna. Il-pjanti li jarmu l-fjuri jirriproduċu sesswalment bl-użu tal-fjuri, li fihom il-partijiet maskili u femminili: dawn jaf ikunu fl-istess fjura (ermafrodit), fi fjuri differenti fl-istess pjanta, jew fi pjanti differenti. L-istami (stamens) joħolqu t-trab dakkari, li jipproduċi l-gameti maskili li jidħlu fl-ovulu biex jiffertilizzaw iċ-ċellola tal-bajda tal-gametofit femminili. Il-fertilizzazzjoni sseħħ fil-karpelli jew fl-ovarji, li jiżviluppaw fi frott li jkun fih iż-żrieragħ. Id-dispersjoni tal-frott jaf isseħħ b'mod sħiħ jew jaf jinqasmu u d-dispersjoni taż-żrieragħ isseħħ individwalment.
Asesswali
immodifika
immodifika s-sors
Il-
Ficinia spiralis
tinfirex asesswalment f'għamla ta' ringiela fir-ramel.
Il-pjanti jirriprodċu asesswalment bit-tkabbir ta' varjetà wiesgħa ta' strutturi li kapaċi jikbru fi pjanti ġodda. Bl-iktar mod sempliċi, il-pjanti bħall-muski jew il-likopodi jistgħu jinkisru f'biċċiet, u kull biċċa tista' terġa' tikber fi pjanta sħiħa. Il-propagazzjoni tal-pjanti li jarmu l-fjuri bil-biċċiet hija proċess simili. L-istrutturi bħall-elementi xeblikija jippermettu lill-pjanti jikbru u jiksu roqgħda sħiħa u jiffurmaw klonu. Bosta pjanti jkabbru strutturi tal-ħżin tal-ikel bħal tuberi jew basal li lkoll jistgħu jiżviluppaw fi pjanta ġdida.
Xi pjanti li ma jarmux il-fjuri, bħal bosta likopodi, muski u xi rasparelli, flimkien ma' xi pjanti li jarmu l-fjuri, ikabbru ċapep żgħar ta' ċelloli msejħa
gemmae
li jistgħu jinqalgħu u jikbru.
Reżistenza għall-mard
immodifika
immodifika s-sors
Il-pjanti jużaw riċetturi biex jagħrfu patoġeni bħall-batterji li jikkawżaw il-mard tal-pjanti. Dan l-għarfien jiskatta rispons protettiv. L-ewwel riċetturi tal-pjanti ta' dan it-tip ġew identifikati fir-ross u fl-
Arabidopsis thaliana
Ġenomika
immodifika
immodifika s-sors
Il-pjanti għandhom uħud mill-ikbar ġenomi fost l-organiżmi kollha. L-ikbar ġenoma tal-pjanti (f'termini ta' għadd ta' ġeni) hija dik tal-qamħ (
Triticum aestivum
), li huwa mbassar li jinkorpora ≈94,000 ġen, għaldaqstant kważi ħames darbiet iktar mill-ġenoma tal-bniedem. L-ewwel ġenoma tal-pjanti li ġiet sekwenzjata kienet dik tal-
Arabidopsis thaliana
li tinkorpora madwar 25,500 ġen. F'termini ta' sekwenza tad-DNA, l-iżgħar ġenoma ppubblikata hija dik tal-pjanta karnivora
Utricularia gibba
bi 82 Mb (għalkemm xorta tinkorpora 28,500 ġen) filwaqt li l-ikbar ġenoma, mill-abit tan-
Norveġja
Picea abies
), fiha iktar minn 19.6 Gb (tinkorpora madwar 28,300 ġen).
Ekoloġija
immodifika
immodifika s-sors
Mappa ta' klassifikazzjoni tal-veġetazzjoni dinjija f'bijomi. Dawk li jissemmew hawnhekk jinkludu t-tundra, it-tajga, il-foresti miti bis-siġar tal-weraq wiesa', l-isteppa miti, il-foresti pluvjali subtropikali, il-veġetazzjoni
Mediterranja
, il-foresti monsoniċi, id-deżerti aridi, l-artijiet tal-arbuxxelli kseriċi, l-isteppa niexfa, id-deżerti semiaridi, il-bwar tal-ħaxix tas-savanna , is-savanna tas-siġar, il-foresti nexfin subtropikali u tropikali, il-foresti pluvjali tropikali, it-tundra alpina u l-foresti muntanjużi. Bil-griż hemm is-saff tas-silġ u d-deżerti polari fejn ma jikbrux pjanti.
Distribuzzjoni
immodifika
immodifika s-sors
Il-pjanti huma mifruxin kważi mad-dinja kollha. Filwaqt li jgħixu f'bosta
bijomi
li jistgħu jinqasmu f'diversi ekoreġjuni, huma biss il-pjanti tal-flora tal-
Antartika
, magħmula minn algi, muski, ċeratofilli, likeni u żewġ pjanti biss li jarmu l-fjuri, li adattaw għall-kundizzjonijiet prevalenti f'dak il-
kontinent
fin-Nofsinhar.
Sikwit il-pjanti huma l-komponent fiżiku u strutturali dominanti tal-ħabitats fejn jokkorru. Ħafna mill-bijomi tad-dinja ngħataw isem it-tip ta' veġetazzjoni minħabba li l-pjanti huma l-organiżmi dominanti f'dawk il-bijomi, bħall-bwar tal-ħaxix, is-savanna u l-foresta pluvjali tropikali.
Produtturi primarji
immodifika
immodifika s-sors
Il-fotosinteżi li ssir mill-pjanti tal-art u mill-algi hija s-sors aħħari ta' enerġija u ta' materjal organiku f'kważi l-ekosistemi kollha. Il-fotosinteżi, għall-ewwel biċ-ċjanobatterji u iktar 'il quddiem bl-ewkarjoti fotosintetiċi, biddlet b'mod radikali l-kompożizzjoni tal-atmosfera anossika bikrija tad-dinja, li b'hekk issa fiha 21
% ossiġenu. L-annimali u l-biċċa l-kbira tal-organiżmi l-oħra huma aerobiċi, jiġifieri jiddependu fuq l-ossiġenu; dawk li ma jiddependux fuq l-ossiġenu huma kkonfinati f'ambjenti anaerobiċi relattivament rari. Il-pjanti huma l-produtturi primarji fil-biċċa l-kbira tal-ekosistemi terrestri u jiffurmaw il-bażi tax-xibka tal-ikel f'dawk l-ekosistemi. Il-pjanti jiffurmaw madwar 80
% tal-bijomassa tad-dinja b'madwar 450 gigatunnellata (4.4×10
11
tunnellati twal; 5.0×10
11
tunnellati qosra) ta' karbonju.
Relazzjonijiet ekoloġiċi
immodifika
immodifika s-sors
Kolibrì jdakkar u jfittex in-nektar.
Bosta annimali wettqu koevoluzzjoni mal-pjanti; il-pjanti li jarmu l-fjuri evolvew sindromi tad-dakkir u sensiela ta' karatteristiċi tal-fjuri li jiffavurixxu r-riproduzzjoni tagħhom. Bosta, inkluż l-insetti u l-għasafar huma dakkara, u jżuru l-fjuri u bi żball jittrasferixxu t-trab dakkari meta jgħaddu għall-ikel f'forma ta' trab dakkari jew nektar.
Ħafna annimali jferrxu ż-żrieragħ li huma adattati għal dan l-iskop. Evolvew diversi mekkaniżmi ta' tifrix. Xi tipi ta' frott joffru saffi esterni nutrittivi li jattiraw lill-annimali, filwaqt li ż-żrieragħ adattaw biex jibqgħu ħajjin meta jgħaddu mill-kanal alimentari tal-annimal; oħrajn għandhom qishom ganċijiet biex ikunu jistgħu jaqbdu mal-pil tal-
mammiferi
. Il-mirmekofiti huma pjanti li wettqu koevoluzzjoni man-nemel. Il-pjanti jipprovdu l-kenn u xi kultant l-ikel għan-nemel. Min-naħa tiegħu n-nemel jiddefendi l-pjanti mill-
erbivori
u xi kultant mill-pjanti kompetituri. Il-ħmieġ tan-nemel iservi ta' fertilizzant organiku.
Il-maġġoranza tal-ispeċijiet ta' pjanti jkollhom fungi assoċjati mas-sistemi tal-għeruq tagħhom f'simbjożi reċiproka magħrufa bħala
mycorrhiza
. Il-fungi jgħinu lill-pjanti jiksbu l-ilma u n-nutrijenti minerali mill-ħamrija, filwaqt li l-pjanti jagħtu lill-fungi l-karboidrati prodotti fil-fitosinteżi. Xi pjanti joffru l-kenn lill-fungi endofitiċi li jipproteġu l-pjanti mill-erbivori billi jipproduċu t-tossini. L-endofit fungali
Neotyphodium coenophialum
fiż-żwien twil ingħata l-istatus ta' organiżmu qerriedi fl-industrija
Amerikana
tal-bhejjem tal-ifrat.
Bosta legumi jkollhom batterji
Rhizobium
li jassimilaw in-nitroġenu fin-noduli tal-għeruq tagħhom, li jassimilaw in-nitroġenu mill-arja għall-użu tal-pjanti; min-naħa tagħhom il-pjanti jipprovdu z-zokkor lill-batterji. In-nitroġenu assimilat b'dan il-mod jista' jsir disponibbli għal pjanti oħra, u huwa importanti fl-agrikoltura; pereżempju, il-
bdiewa
jistgħu jagħmlu n-newba ta' għelejjel jew legumi bħall-fażola, segwita minn ċerali bħall-qamħ, biex jipprovdu għelejjel prinċipali għall-bejgħ b'input imnaqqas ta' fertilizzant tan-nitroġenu.
Xi 1
% tal-ispeċijiet ta' pjanti huma parassitiċi. Dawn ivarjaw mill-viskju semiparassitiku li bilkemm jieħu nutrijenti mill-ospitant tiegħu, iżda xorta waħda jkollu weraq fotosintetiku, għall-budebbus u l-latrea parassitiċi għalkollox li jiksbu n-nutrijenti kollha tagħhom permezz ta' konnessjonijiet mal-għeruq ta' pjanti oħra, u b'hekk ma jkollhomx klorofilla. Il-parassiti jaf jikkawżaw ħsara kbira lill-pjanti ospitanti tagħhom.
Il-pjanti li jikbru fuq pjanti oħra, normalment is-siġar, mingħajr ma jkunu parassitiċi fuqhom, jissejħu epifiti. Dawn jistgħu jsostnu diversità ta' ekosistemi tas-siġar. Uħud jaf jikkawżaw ħsara indiretta lill-pjanti ospitanti tagħhom, pereżempju bl-interċettazzjoni tad-dawl. L-emipifeti bħat-tin strangolatur jibdew bħala epifiti, iżda eventwalment jistabbilixxu l-għeruq tagħhom stess u jegħlbu u joqtlu lill-ospitant tagħhom. Bosta orkidej, bromeliadi, felċi u muski jikbru bħala epifiti. Fost l-epifiti, il-bromeliadi jakkumulaw l-ilma fl-axxelli tal-weraq tagħhom; dawn l-elementi mimlijin bl-ilma jistgħu jsostnu xibkiet tal-ikel akkwatiċi kumplessi.
Xi 630 speċi ta' pjanti huma karnivori, bħad-
Dionaea muscipula
u l-ispeċijiet
Drosera
. Dawn jaqbdu f'nassa lil annimali żgħar u jiddiġeruhom biex jiksbu nutrijenti minerali, speċjalment in-nitroġenu u l-fosfru.
Kompetizzjoni
immodifika
immodifika s-sors
Il-kompetizzjoni għar-riżorsi kondiviżi tnaqqas it-tkabbir tal-pjanti. Ir-riżorsi kondiviżi jinkludu d-dawl tax-xemx, l-ilma u n-nutrijenti. Id-dawl huwa riżorsa kritika minħabba li huwa neċessarju għall-fotosinteżi. Il-pjanti jużaw il-weraq tagħhom biex jagħmlu dell fuq pjanti oħra mid-dawl tax-xemx u jikbru malajr biex jimmassimizzaw kemm ikunu esposti huma stess. L-ilma wkoll huwa essenzjali għall-fotosinteżi; l-għeruq jikkompetu biex jimmassimizzaw kemm jieħdu ilma mill-ħamrija. Xi pjanti għandhom għeruq fil-fond li kapaċi jsibu l-ilma maħżun sew taħt l-art, u oħrajn għandhom għeruq inqas fil-fond li kapaċi jestendu fuq distanzi itwal biex jiġbru l-ilma tax-xita reċenti. Il-minerali huma importanti għat-tkabbir u għall-iżvilupp tal-pjanti. In-nutrijenti komuni li jikkompetu għalihom il-pjanti jinkludu n-nitroġenu, il-fosfru u l-potassju.
Importanza għall-bniedem
immodifika
immodifika s-sors
Ikel
immodifika
immodifika s-sors
Il-kultivazzjoni tal-pjanti min-naħa tal-bniedem hija l-qalba tal-agrikoltura, li kellha rwol ewlieni fl-istorja taċ-ċivilizzazzjonijiet dinjin. Il-bniedem jiddependi fuq il-pjanti li jarmu l-fjuri għall-ikel, jew direttament jew għall-għalf fit-trobbija tal-annimali. B'mod iktar wiesgħa, l-agrikoltura tinkludi l-agronomija għall-għelejjel li jinħartu, l-ortikoltura għall-ħxejjex u għall-frott, u l-forestrija, inkluż kemm il-pjanti li jarmu l-fjuri kif ukoll il-koniferi, għall-injam. Madwar 7,000 speċi ta' pjanti ntużaw għall-ikel, għalkemm il-biċċa l-kbira tal-ikel tal-lum jirriżulta minn 30 speċi biss. Il-prodotti bażiċi ewlenin jinkludu ċ-ċereali bħar-ross u l-qamħ, l-għeruq illamtati u t-tuberi bħall-kassava u l-patata, u l-legumi bħall-piżelli u l-fażola. Iż-żjut veġetali bħaż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-palm jipprovdu l-lipidi, filwaqt li l-frott u l-ħxejjex jikkontribwixxu għall-vitamini u l-minerali fl-ikel. Il-kafè, it-te u ċ-ċikkulata huma l-għelejjel ewlenin bi prodotti bil-kaffeina li jintużaw bħala stimulanti ħfief. L-istudju tal-użi tal-pjanti mill-bniedem jissejjaħ botanika ekonomika jew etnobotanika.
Mediċini
immodifika
immodifika s-sors
Tabib
Medjevali
jħejji estratt minn pjanta mediċinali.
Il-pjanti mediċinali huma sors primarju ta' komposti organiċi, kemm għall-effetti mediċinali u fiżjoloġiċi, kif ukoll għas-sinteżi industrijali ta' firxa wiesgħa ta' sustanzi kimiċi organiċi. Bosta mijiet ta' mediċini, kif ukoll narkotiċi, jirriżultaw mill-pjanti, kemm mediċini tradizzjonali li jintużaw fl-erbaliżmu, kif ukoll sustanzi kimiċi ppurifikati mill-pjanti jew identifikati għall-ewwel darba fihom, xi kultant permezz tat-tfittxija etnobotanika, u li mbagħad jiġu sintetizzati għall-użu fil-mediċina moderna. Il-mediċini moderni li jirriżultaw mill-pjanti jinkludu l-aspirina, it-taksol, il-morfina, il-kwinina, ir-reserpin, il-kolċisin, id-diġitalis u l-vinkristin. Il-pjanti li jintużaw fl-erbaliżmu jinkludu l-ginkgo, l-ekinaċea, l-arċmisa u l-ħaxix ta' San Ġwann. Il-farmakopeja ta' Dijoskoride,
De materia medica
, li tiddeskrivi xi 600 pjanta mediċinali, inkitbet bejn il-50 u s-70 W.K. u baqgħet tintuża fl-
Ewropa
u fil-Lvant Nofsani sal-ħabta tal-1600 W.K.; din kienet il-prekursur tal-farmakopej moderni kollha.
Prodotti mhux tal-ikel
immodifika
immodifika s-sors
Ħażna tal-injam għall-ipproċessar f'impjant tal-issegar.
Il-pjanti li jitkabbru bħala għelejjel industrijali huma s-sors ta' firxa wiesgħa ta' prodotti li jintużaw fil-manifattura. Il-prodotti mhux tal-ikel jinkludu ż-żjut essenzjali, il-koloranti naturali, il-pigmenti, ix-xama', ir-reżini, it-tannini, l-alkalojdi, l-ambra u s-sufra. Il-prodotti li jirriżultaw mill-pjanti jinkludu s-sapun, ix-xampù, il-fwejjaħ, il-kożmetiċi, iż-żebgħa, il-verniċ, it-trementina, il-lastku, il-latex, il-lubrifikanti, il-linolju, il-plastik, il-linka u l-gomma. Il-fjuwils rinnovabbli li jiġu mill-pjanti jinkludu l-ħatab, il-pit u bijofjuwils oħra. Il-fjuwils fossili bħall-faħam, il-petroleum u l-gass naturali joriġinaw mill-fdalijiet tal-organiżmi akkwatiċi, inkluż il-fitoplankton fiż-żmien
ġeoloġiku
. Ħafna mill-meded tal-faħam imorru lura għall-perjodu Karboniferu tal-istorja tad-Dinja. Il-pjanti terrestri jiffurmaw ukoll il-keroġen tat-tip III li huwa sors ta' gass naturali.
Ir-riżorsi strutturali u l-fibri mill-pjanti jintużaw għall-kostruzzjoni tal-abitazzjonijiet u għall-manifattura tal-ħwejjeġ. L-injam jintuża għall-binjiet u għall-għamara, kif ukoll għal oġġetti iżgħar bħall-istrumenti
mużikali
u t-tagħmir
sportiv
. L-injam jiġi kkonvertit f'polpa għall-produzzjoni tal-karta u tal-kartonċin. Id-drapp spiss ikun magħmul mill-qoton, mill-għażel, mir-rami jew mill-fibri sintetiċi bħar-rejon, miċ-ċelluloża tal-pjanti. Il-ħjut li jintużaw għat-tħejjija tad-drapp bl-istess mod fil-biċċa l-kbira jiġu mill-qoton.
Pjanti ornamentali
immodifika
immodifika s-sors
Eluf ta' speċijiet ta' pjanti jiġu kkultivati għas-sbuħija tagħhom u jipprovdu d-dell, jimmodifikaw it-temperaturi, jilqgħu kontra r-riħ, itaffu l-istorbju, jipprovdu l-privatezza u jnaqqsu l-erożjoni tal-ħamrija. Il-pjanti huma l-bażi ta' industrija tat-turiżmu multibiljunarja kull sena, li tinkludi l-ivvjaġġar lejn ġonna storiċi, parks nazzjonali, foresti pluvjali, foresti b'siġar b'weraq ikkulurit fil-ħarifa, u festivals bħall-inwar taċ-ċirasa fil-
Ġappun
u fl-
Amerka
Il-pjanti jistgħu jitkabbru fuq ġewwa bħala pjanti tad-dar, jew f'binjiet speċjalizzati bħas-serer. Il-pjanti karnivori, sensittivi u tal-irxoxt jinbiegħu bħala pjanti innovattivi. Forom tal-
arti
li jispeċjalizzaw fl-arranġament ta' pjanti maqtugħin jew ħajjin jinkludu l-bonsaj, l-ikebana u l-arranġament ta' fjuri nexfin jew maqtugħin. Xi kultant il-pjanti ornamentali bidlu l-andament tal-istorja, bħal fil-każ tat-tulipanomanija.
Fix-xjenza
immodifika
immodifika s-sors
Barbara McClintock użat il-qamħirrum biex tistudja l-karatteristiċi li jintirtu.
L-istudju tradizzjonali tal-pjanti huwa x-xjenza tal-botanika. Ir-riċerka bijoloġika bażika spiss użat il-pjanti bħala l-organiżmi mudell tagħha. Fil-ġenetika, it-tnissil tal-pjanti tal-piżelli ppermetta lil
Gregor Mendel
jasal għal-liġijiet bażiċi li jirregolaw l-eredità, u l-eżaminazzjoni tal-kromożomi fil-qamħirrum ippermettiet lil
Barbara McClintock
turi l-konnessjoni tagħhom mal-karatteristiċi li jintirtu. Il-pjanta
Arabidopsis thaliana
tintuża fil-laboratorji bħala organiżmu mudell biex wieħed jifhem kif il-ġeni jikkontrollaw it-tkabbir u l-iżvilupp tal-istrutturi tal-pjanti. Iċ-ċrieki tas-siġar jipprovdu metodu ta' datazzjoni fl-
arkeoloġija
, u reġistru tal-klimi tal-imgħoddi. L-istudju tal-fossili tal-pjanti, jew il-paleobotanika, jipprovdi informazzjoni dwar l-evoluzzjonijiet tal-pjanti, rikostruzzjonijiet paleoġeografiċi, u t-
tibdil fil-klima
tal-imgħoddi. Il-fossili tal-pjanti jistgħu jgħinu wkoll biex tiġi ddeterminata l-età tal-blat.
Fil-mitoloġija, fir-
reliġjon
u fil-
kultura
immodifika
immodifika s-sors
Il-pjanti, inkluż is-siġar, jidhru fil-mitoloġija, fir-reliġjon u fil-letteratura. F'diversi reliġjonijiet Indo-Ewropej, Siberjani u Amerikani Nattivi, il-motiv tas-siġra dinjija joħroġ fid-dieher bħala siġra kolassali li tikber fuq id-dinja, tirfed is-smewwiet, u bl-għeruq tagħha tasal taħt l-art fl-
infern
. Ġieli tidher ukoll bħala siġra kożmika jew siġra b'ajkla u b'
serp
. Fost il-forom tas-siġra dinjija hemm is-siġra tal-ħajja arketipali, li hija kkollegata mal-kunċett Ewrasjatiku tas-siġra sagra. Motiv tal-qedem ieħor mifrux, li jinstab pereżempju fl-
Iran
, jinkludi siġra tal-ħajja b'par annimali.
Spiss il-fjuri jintużaw għall-imfakar, bħala rigali u għat-tfakkir ta' okkażjonijiet speċjali bħal twelid, mewt, tieġ u btala. L-arranġamenti tal-fjuri jistgħu jintużaw biex jintbagħtu messaġġi moħbijin. Il-pjanti u speċjalment il-fjuri jintużaw bħala s-suġġetti ta' bosta pitturi.
Effetti negattivi
immodifika
immodifika s-sors
Kummerċjalment jew estetikament il-ħaxix ħażin jinkludi pjanti mhux mixtieqa li jikbru f'ambjenti ġestiti bħal fl-agrikoltura u fil-ġonna. Bosta pjanti ġew mifruxa mill-bniedem lil hinn mill-firxiet nattivi tagħhom; uħud minn dawn il-pjanti saru invażivi, ikkawżaw ħsara lil ekosistemi eżistenti bl-ispostament ta' speċijiet nattivi, u xi kultant isiru problema serja għall-kultivazzjoni.
Xi pjanti li jipproduċu t-trab dakkari li jittajjar bir-riħ, inkluż il-ħaxix, iqabbdu reazzjonijiet alleġiċi f'dawk li jbatu mill-allerġiji. Bosta pjanti jipproduċu tossini biex jipproteġu lilhom infushom mill-
erbivori
. Il-
klassijiet
ewlenin ta' tossini tal-pjanti jinkludu l-alkalojdi, it-terpenojdi u l-fenoliċi. Dawn jistgħu jikkawżaw ħsara lill-bniedem u lill-bhejjem jekk jibilgħuhom, jew jekk imissuhom bħal fil-każ tal-edera velenuża. Xi pjanti jkollhom effettivi negattivi fuq pjanti oħra, u jipprevjenu t-tkabbir tan-nebbieta jew it-tkabbir ta' pjanti fil-qrib billi jirrilaxxaw sustanzi kimiċi allopatiċi.
Referenzi
immodifika
immodifika s-sors
Leroi, Armand Marie (2014).
The Lagoon: How Aristotle Invented Science
. Bloomsbury Publishing. pp. 111–119. ISBN
978-1-4088-3622-4
Hull, David L. (2010).
Science as a Process: An Evolutionary Account of the Social and Conceptual Development of Science
. University of Chicago Press. p. 82. ISBN
978-0-226-36049-2
Dasgupta, Shreya (2016-05-12).
"How many plant species are there in the world? Scientists now have an answer"
(bl-Ingliż)
. Miġbur
2026-04-10
Hall, John D.; McCourt, Richard M. (2014). "Chapter 9. Conjugating Green Algae Including Desmids". In Wehr, John D.; Sheath, Robert G.; Kociolek, John Patrick (eds.).
Freshwater Algae of North America: Ecology and Classification
(2 ed.). Elsevier. ISBN
978-0-12-385876-4
Miksub minn "
Kategoriji
Flora
Bijoloġija
Klassifikazzjoni xjentifika
Kategoriji moħbija:
Sorsi CS1 bl-Ingliż (en)
Pjanta
Żid diskussjoni