Wikipedija:Dwar - Wikipedija
Aqbeż għall-kontentut
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Is-sit elettroniku wikipedia.org, il-paġna prinċipali tal-Wikipedija għal kull lingwa.
Il-
Wikipedija
hija
enċiklopedija
multilingwali b'
kontenut ħieles
mibni bl-għan li kulħadd, minn kull ambitu, jista' jaqsam l-għarfien tiegħu mal-oħrajn. Dan il-proġett ingħata bidu fil-15 ta' Jannar 2001 bil-
lingwa Ingliża
. Minn dakinhar, il-Wikipedija kibret sabiex saret fost l-ikbar siti fid-dinja, fejn jiġu rrikorjdati 'l fuq minn
1.7 biljun viżta unika fix-xahar
. Attwalment hemm
iktar minn 300 lingwa
, fosthom verżjoni bil-
Malti
li tkopri
7,819-il artiklu
Il-karatteristika prinċipali ta' din l-enċiklopedija hi li hi miktuba kompletament minn voluntiera: kulħadd jista' joħloq jew jirranġa artiklu b'mod immedjat. L-utenti jieħdu ħsieb ukoll li japprovaw ir-regoli u l-linji gwida sabiex l-enċiklopedija tibqa' tiffunzjona. Għalhekk huwa diffiċli ħafna li artiklu jkollu awtur wieħed; ħafna drabi huwa frott tax-xogħol ta' numru ta' persuni li jaqsmu l-għarfien tagħhom sabiex jimmodifikaw u jtejbu l-kontenut. Il-Wikipedija huwa proġett ħaj li qatt ma jispiċċa.
Il-kontributuri tal-Wikipedija għandhom warajhom stejjer u sfondi differenti; hemm min huwa student, għalliem, espert jew sempliċement għandu passjoni fuq xi suġġett jew grupp ta' interess. Il-Wikipedija temmen li kull persuna għandha d-dritt li jitgħallem, imma wkoll li kull wieħed minna għandu xi ħaġa x'jgħallem lil ħaddieħor. Il-parteċipanti huma ħielsa li jiddeċiedu jipprovdux identità għall-iskopijiet tal-komunità (permezz ta' isem tal-utent u password) jew jibqgħu anonimi.
Dwar il-Wikipedija
Storja tal-Wikipedija
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu:
Storja tal-Wikipedija
Il-
Wikipedija
kienet kontinwazzjoni ta'
Nupedija
, proġett li issa huwa abbandunat biex joħloq enċiklopedija ħielsa. Nupedija kella sistema elaborattiva ta'
reviżjoni ta' impar
u kellha bżonn kontributuri kwalifikati mhux ħażin, iżda l-kitba tal-artikli kienet bil-mod ħafna. Waqt is-sena 2000,
Jimmy Wales
, il-fundatur tal-Nupedija, u
Larry Sanger
, li kien impjegat minn Wales biex jaħdem fuq il-proġett, iddiskutew modi sabiex Nupedija jkollha proġett komplimentarju li jkun aktar miftuħ. Ħafna sorsi ġew suġġeriti għall-idea ta'
wiki
li jħalli membri tal-pubbliku li jagħti kontribuzzjoni ta' materjal, u b'hekk l-ewwel wiki tal-Nupedija mar fuq l-internet fil-
10 ta' Jannar
Kien hemm reżistenza kunsiderabbli min-naħa ta' modifikaturi tan-Nupedija u r-revedituri għall-idea li Nupedija ssir websajt fil-format ta' wiki, għalhekk il-proġett il-ġdid ingħata l-isem ta' "Wikipedija" u ngħata dominazzjoni għalih, wikipedia.com, fil-
15 ta' Jannar
(magħrufha issa bħala "
il-ġurnata tal-Wikipedija
" minn ċerta utenti). Il-
bandwidth
u s-
server
(f'San Diego) ġew mogħtija lil Wales. Impjegati passati u kurrenti oħrajn ta'
Bomis
li ħadmu fuq il-proġett jinkludu
Tim Shell
, wieħed mill-fundaturi ta' Bomis, l-uffiċċjal kap eżekuttiv kurrenti, u l-programmatur Jason Richey. Id-dominazzjoni kienet eventwalment modifikata għal dik preżenti wikipedia.org meta l-
Fondazzjoni Wikimedia
ta' bla profitt kienet fundata bħala l-organizzazzjoni suprema tagħha, b'hekk id-dominazzjoni .org kellha tintuża' biex turi n-natura mhux kummerċjali tagħha. F'
Marzu
2007
, il-kelma
wiki
saret kelma Ingliża aċċettata.
F'
Mejju
tal-
2001
, Wikipediji mhux Ingliżi ġew mibdija - bil-
Katalan
, iċ-
Ċiniż
, l-
Olandiż
, l-
Esperanto
, il-
Franċiż
, il-
Ġermaniż
, l-
Ebrajk
, it-
Taljan
, il-
Ġappuniż
, il-
Portugiż
, ir-
Russu
, l-
Ispanjol
, u l-
Iżvediż
; lingwi oħra li segwew wara jinkludu dawk bl-
Għarbi
u l-
Ungeriż
F'
Settembru
Il-
Polakk
kien miżjud u aktar importanza ngħatat lill-proviżjoni multilingwali tal-Wikipedija. Fl-aħħar tas-sena, il-verżjonijiet bl-
Afrikaans
, bin-
Norveġiż
, u bis-
Serbokroazjan
kienu nbdew. Il-verżjoni Maltija bdiet fis-seħħ f'
Settembru
2004
Trejdmarks u proprjeta letterarji
Il-
Wikipedija
hija
trejdmark
reġistrata tal-
Fondazzjoni Wikimedia
ta'
bla profitt
, li ħolqot familja sħiħa ta'
proġetti
. Fuq dawn il-proġetti kollha inti merħba li
tkun qalbieni
u tagħmel modifiki fl-artikli, fejn iżżid mal-għarfien b'mod kollaborattiv.
Kull kelma fil-Wikipedija, u ħafna stampi u kontenut ieħor huwa koperti mil-
Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa GNU
(GFDL). Kontribuzzjonijiet jibqgħu proprjeta tal-kreaturi, iżda fl-istess ħin il-liċenżja GFDL tagħmel żgur li l-kontenut huwa distributtiv u riproduċibbli. (Ara l-
avviż tal-proprjeta letterarja
u ċ-
ċaħda fuq il-kontenut
għal aktar informazzjoni.)
Kontributuri tal-Wikipedija
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu:
Wikipedija:Wikipedjani
Kwalunkwe persuna li għandu aċċess għall-internet jista' jagħmel modifiki fuq Wikipedija, u dan il-ħelsien jagħti spinta ta' inklussività ta' ammont kbir ta' kontenut. Hemm
27,549
utenti - minn skolari esperti għal qarrejja każwali - jagħmlu modifiki fuq il-Wikipedija, u dawn l-edituri esperjenzati ta' spiss jgħinu fil-ħolqien ta' stil konsistenti fl-enċiklopedija, skont il-
Manwal tal-istil
Fi ħdan il-Wikipedija hemm bosta mezzi sabiex jgħinu membri tal-Wikipedija jagħmlu xogħol importanti fil-bini tar-riżorsi ta' kwalità għolja filwaqt li jżommu ċ-
ċivilità
. Modifikaturi jkunu jistgħu
josservaw paġni
, u dawk tekniċi jkunu jistgħu jiktbu programmi biex iżommu reġistru u mezz biex jikkoreġġu il-modifiki ħżiena. Hemm
amministraturi b'kollox u dawn għandhom poteri speċjali sabiex jagħmlu żgur li jinżamm livell ta' dixxiplina skont il-gwida u politika tal-Wikipedija. Fejn ma jkunx hemm qbil dwar kif il-fatti għandhom jiġu murija, modifikaturi jaħdmu flimkien biex jaslu għal artiklu li jirrapreżenta l-opinjoni esperta kurrenti fuq is-suġġett. Edituri li ma jaħdmux ma' oħrajn b'mod ċivili jistgħu jiġu mkeċċija temporanjament jew għal dejjem milli jkunu jistgħu jagħmel modifiki fil-Wikipedija minn amministratur.
Għalkemm is-sit huwa tal-Fondazzjoni tal-Wikimedia, hija fil-biċċa l-kbira mhux involuta fil-kitbiet tal-artikli u fit-tmexxija tas-sit.
Il-Fondazzjoni Wikimedia
Biex tapprofondixxi, ara l-artikli:
Fondazzjoni Wikimedia
m:Main Page
Il-
Fondazzjoni Wikimedia, Inc.
hija
organizazzjoni tal-karità
bla profitt
li ġiet fondata f'
San Pietruburgu
Florida
, fl-
Istati Uniti
fl-2002, u għandha l-kwartieri tagħha f'
San Francisco, California
. Il-Fondazzjoni taħdem bħala paraventu legali għall-Wikipedija u l-proġetti subordinati kollha relatati, u hija s-sid ta' kull
trejdmark
drittijiet tal-propjetà intelletwali
tal-Wikipedija. Kważi kull funzjoni huma meħuda mill-voluntieri ġewwa l-komunità tal-Wikipedija, supplementata minn ftit ħaddiema mħallsa, Bord tal-Avviżi ta' madwar 15-il individwu espert, u l-Bord tal-
Kuraturi
. Diviżjonijiet tal-Fondazzjoni jeżistu u huma miżjuda b'manjiera kurrenti, f'numru ta' pajjiżi, li jagħtu importanza 'l informazzjoni referenzata, pubblikazzjoni, fondi, u proġetti oħrajn speċifiċi mal-lokazzjoni.
Fil-livell ta' proġett, il-fondazzjoni tidderieġi l-politika globali, drawwiet u faċilitajiet tal-Wikipedija f'kull lingwa u l-proġetti tagħha, tipprovdi dħul legali u propjetà intelletwali kif rikjest, u hija formalment responsabbli għall-iżvillup tas-software b'
sors miftuħ
tal-Wikipedija (
Mediawiki
) waqt li r-rikjesti jinbidlu.
Fid-dawl tas-skop tagħha li toħloq materjal ta' referenza b'xejn għal kull persuna, il-fondazzjoni tħaddem ukoll
Metawiki
fejn affarijiet relatati ma' kull proġett, diskussjonijiet globali jiġu diskussa, u politiki globali jiġu formalment dokumentati u żviluppati, u
inkubatur
għal proġetti ġodda u lingwi ġodda, sabiex tħaffef l-iżvillup tagħhom fl-istadji bikrin. Minn
Awwissu
2007
hemm madwar 100 proġetti ta' referenza ġodda f'bosta stadji ta' żvillup li nbeda minn membri tal-Wikipedija u kommunitajiet relatati.
Impjegati
Jannar 2008 Mudell tal-impjegati tal-Organizzazzjoni tal-Wikimedia
Jannar 2008 Deskrizzjonijiet tal-impjegati tal-Organizzazzjoni tal-Wikimedia
Il-funzjonijiet tal-Fondazzjoni Wikimedia kienu, għal l-ewwel ftit snin, totalment imwettqa mill-voluntieri. Fir-rebbiegħa tal-2005, il-fondazzjoni kellha biss żewġ impjegati, Danny Wool u Brion Vibber. Għalkemm in-numru ta' impjegati kiber, ħafna mix-xogħol baqa' jiġi mwettaq mill-voluntieri, filwaqt li l-fondazzjoni għandha biss ftit impjegati.
Fis-
16 ta' Ġunju
2006
, Brad Patrick, li qabel kien
prokuratur
li kien għamel ftit xogħol
pro bono
mal-fondazzjoni fil-bidu tal-ħarifa tal-2005, inħatar
avukat ġenerali
u interim
direttur eżekkutiv
. Patrick kelli l-kariga li jassisti l-bord fit-tfittxija għal direttur eżekuttiv permanenti.
Mill-
4 ta' Ottubru
2006
, Il-Fondazzjoni tal-Wikimedia kellha ħames impjegati mħallsin: żewġ programmaturi (maniġer tas-software Brion Vibber f'California u l-amministratur tas-server Chad Perrin f'
Tampa
); "biex tirrispondi it-telefons", l-assistenta amministrativa Barbara Brown; għal ġbir ta' fondi u donazzjonijiet, Danny Wool, u biex jidderieġi, interim direttur eżekuttiv Brad Patrick.
Mit-
8 ta' Diċembru
2006
, il-lista tal-uffiċjali kurrenti tal-Fondazzjoni tal-Wikimedia semmiet tliet kontraturi tekniċi independenti oħrajn (Kyle Anderson li huwa minn Tampa bħala maniġer tal-hardware li jaħdem fuq bażi
part-time
, Tim Starling bħala żvillupatur tas-software MediaWiki li jaħdem fuq bażi
full-time
, u Mark Bergsma bħala koordinatur tan-networking li jaħdem fuq bażi
part time
).
Brad Patrick waqaf l-attività tiegħu bħala interim direttur f'Jannar 2007 imbgħad irreżenja mill-pożizzjoni tiegħu bħala prokuratur legali f'April 2007.
F'
Jannar
2007
, Carolyn Doran inħatret
Kap Uffiċjal Operattiv
u Sandy Ordonez saret
Maniġer tal-Kommunikazzjoni
Doran beda jaħdem fuq bażi
part-time
fil-qasam tal-finanzi għal fondazzjoni fl-2006 wara li kien intbgħat minn
aġenzija temporanja
Danny Wool, uffiċjalment il-koordinatur tad-donazzjonijiet iżda involut bil-kbir fil-ġbir ta' fondi u żvillup kummerċjali, irreżenja f'Marzu 2007. F'April 2007, il-fondazzjoni żiedet pożizzjoni ġdida dik ta', Koordinatur tal-Kapitlu, u inħatret Delphine Ménard, f'din il-pożizzjoni li qabel kienet
Koordinatur tal-Voluntieri
, sabiex tieħu din il-pożizzjoni. Cary Bass inħatret biex tieħu post Ménard.
F'
Mejju
2007
, Vishal Patel ġie impjegat sabiex jassisti fl-iżvillup kummerċjali.
F'
Lulju
2007
Mike Godwin
ġie impjegat bħala prokuratur legali u koordinatur legali.
Fl-istess xahar, Carolyn Doran telqet minn KUO
Sue Gardner
ġiet impjegata bħalha konsulenta speċjali. In-numru ta' membri uffiċjali li kienu qegħdin fuq bażi
full-time
, wara dawn il-ħattriet, kien għadu inqas minn għaxra.
F'
Diċembru
2007
, fi stqarrija minn
The Register
10
li Carolyn Doran li kienet KUO kienet ħatja ta' delitt kriminali, u kienet arrestata waqt li kienet qiegħda ssuq taħt l-influwenza tal-alkohol waqt l-impjieg tagħha fil-Fondazzjoni u b'storja kriminali sustanzjali, li tinkludi l-qtil tal-għarus tagħha u multi u kompliċità fi frodi bl-użu tal-karta tal-kreditu.
11
2008
Jannar 2008:
San Francisco, California, Stati Uniti:
Cheryl Owens (kien magħruf bħala Steffen):L-Assistent ta' Sue Gardner, ġdid; beda fl-10 ta' Diċembru, 2007.
Erica Ortega: Maniġer tal-Uffiċju, gdida; bdiet fl-10 ta' Diċembru, 2007.
Brion Vibber
: L-ewwel impjegat tal-fondazzjoni; Kap Uffiċjal Tekniku (KUT);
Cary Bass: Koordinatur tal-Voluntieri;
Kul Takanao Wadhwa:Mexxejja tal-Iżvillup Kummerċjali, bdiet fit-3 ta' Jannar, 2008;
Erik Möller: Ġdid bħala uffiċjali però kien membru tal-bord tal-kuraturi; Deputat Direttur; beda fil-31 ta' Diċembru, 2007
Mike Godwin
: Prokuratur Legali, beda f'Lulju 2007; fl-uffiċju ta' San Francisco fit-30 ta' Jannar, 2007.
Sue Gardner
: Direttur Eżekuttiv (DE), bdiet f'Ġunju 2007.
Barra mill-Istati Uniti:
Tim Starling: Żvillupatur tas-Software, Awstralja;
Delphine Ménard
: Koordinatur tal-Kapitli, Frankfurt;
Mark Bergsma: Amministratur tas-Sistema, Eindhoven, Olanda;
Jay Walsh: Mexxejja tal-Kommunikazzjoni, ġdida, Vancouver Island, Kanada; bdiet fl-10 ta' Jannar, 2007.
San Petersburgu, Florida, Stati Uniti:
Barbara Brown: Maniġer tal-Uffiċju;
Sandy Ordonez: Kommunikazzjonijiet;
Vishal Patel: Żvillupatur kummerċjali;
Oleta McHenry: Finanzi;
Rob Halsell: Maniġer tat-Teknoloġija Informatika u Amministratur tas-Server.
Frar 2008:
Vernoque Kessler inħatret Kap tal-Finanzi u Uffiċjal Operattiv (KFUO) fl-4 ta' Frar 2008.
Tagħmel l-aqwa użu tal-Wikipedija
Esplora aktar dwar il-Wikipedija
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu:
Għajnuna:Esplora lill-Wikipedija
Ħafna viżitaturi jiġu f'dan is-sit sabiex iżiedu mal-għarfien tagħhom, oħrajn jiġu sabiex jaqsmu l-għarfien tagħhom mal-oħrajn. Fil-fatt, f'dan l-instant, tużżani ta' artikli qegħdin jiġu mtejjbin, u
artikli ġodda
qegħdin jiġu maħluqa. Inti tista' ukoll tara modifiki kif qegħdin jiġru fil-paġna ta'
modifiki riċenti
. Inti tista' tara
artikli kwalunkwe
. Il-Kommunità tal-Wikipedija
tinnomina artikli
, biex turi l-aqwa artikli fil-Wikipedija. Ħafna oħrajn jingħataw preġju ta'
artikli tajbin
. Wikipedija għandha wkoll
portali
, li tirranġa l-kontenut madwar iż-żoni tas-suġġetti. Inti tista' ukoll
tfittex
għal artikli bl-użu tal-kaxxa tat-tfittxija fuq in-naħa tax-xellug tal-istampa.
Referenzi
Oxford English Dictionary (ed.).
"Quarterly update to OED online: New edition: Prakrit to prim"
(bl-Ingliż).
"Wikipedia announcements — May 2001"
(bl-Ingliż).
"Wikipedia announcements — September 2001"
(bl-Ingliż).
Wikimedia Foundation (ed.).
"Wikimedia Foundation press release"
(bl-Ingliż).
The Wikimedia Foundation (ed.).
"Current staff from the Wikimedia Foundation"
(bl-Ingliż).
The Wikimedia Foundation (ed.).
"Current staff from the Wikimedia Foundation"
(bl-Ingliż).
Messaġġ mil-lista tal-posta
The Wikimedia Foundation (ed.).
"Current staff from the Wikimedia Foundation"
(bl-Ingliż).
"Wikipedia COO was convicted felon"
(bl-Ingliż).
"Felon Became COO of Wikipedia Foundation"
(bl-Ingliż).
Miksub minn "
Kategorija
Informazzjoni bażika fuq il-Wikipedija
Kategoriji moħbija:
Sorsi CS1 bl-Ingliż (en)
Wikipedija
Dwar
Żid diskussjoni