L-użu ta' din il-paġna hu għal:

Ħarifa
Wiki Loves Monuments
Wiki Loves Monuments

L-għaxar edizzjoni tal-konkors Wiki Loves Monuments f'Malta kien disponibbli bejn l-1 u t-30 ta' Settembru 2025. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra madwar id-dinja għal konkors fotografiku dwar wirt kultural mibni. F'Malta dan isir bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta u din is-sena qed jintroduċu mappa tal-monumenti prinċipali fil-konkors, f'kollaborazzjoni ma' Wikimedia Italia. Kull sena jkun hemm diversi premijiet sbieħ x'jintrebbħu u r-rebbieħa jitħabbru f'Novembru.

Is-Santwarju tal-Mellieħa minn Marika Caruana
Is-Santwarju tal-Mellieħa minn Marika Caruana
8 t'April 2025

Ritratt tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa waqt qamar kwinta miġbud minn Marika Caruana ġie kklassifikat fis-6 post minn madwar 240,000 ritratt ta' aktar minn 4,500 parteċipant minn 56 pajjiż.

Dan huwa l-aħjar riżultat għal ritratt minn Malta f'dan il-konkors s'issa. Wara li s-sena ta' qabel kien ikklassifikat fil-11-il post ritratt tal-Forti Ricasoli waqt maltempata miġbud minn Angela Bonavia.

Xitwa

Wiki Loves Folklore 2025 in Malta kienet it-tielet edizzjoni ta' dan il-konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta. Din is-sena kienu sottomessi 598 ritratt f'din il-kategorija minn 28 utent. F'din l-edizzjoni ġiet introdotta ukoll kategorija għall-baned f'Malta u Għawdex bħala parti mill-WikiProġett Każini. Ir-rebbieħa lokali tħabbru fil-bidu ta' Mejju u għaddew biex jipparteċipaw fil-konkors internazzonali.

Ħarifa
CC-by SA: Sergiy Miroshnik
CC-by SA: Sergiy Miroshnik

Tħabbru l-aqwa l-aqwa 20 ritratt minn madwar id-dinja ta’ Wiki Loves Earth 2023. Din kompetizzjoni fotografika annwali internazzjonali toffri opportunitià biex niddokumentaw il-wirt naturali tad-dinja. Din is-sena, il-konkors sar ben Mejju u Awwissu. B’kollox kien hemm 61,700 sottomissjoni minn aktar minn 3,300 parteċipant. Kull pajjiż jgħażel sa 15-il rebbieħ lokali f’żewġ kategoriji: pajsaġġi u dettalji ta’ flora u fawna. Kien hemm numru rekord ta’ pajjiżi parteċipanti: 50. Malta ħadet sehem għat-tieni sena konsekuttiva.


L-edizzjoni ta' dan is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (18-22 Ottubru 2023 - MFCC, Ta' Qali) inkludiet preżenza minn Wikimedia Community Malta. Din l-għaqda voluntarja taħdem biex tkattar l-għarfien dwar il-Wikipedija u proġetti oħra assoċjati magħha. Il-programm t'attivitajiet ta' WCM kien jinkludi ċ-ċeremonja tal-għoti tal-premjijiet għall-konkorsi Wiki Loves Folklore u Wiki Loves Earth ta' din is-sena. Ir-rebbieħa lokali ta' Wiki Loves Monuments 2023 tħabbru waqt din l-attività.

Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa aktar tard. Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2023 se jitħabbru fil-21 ta' Ottubru waqt ċeremonja fil-Festival tal-Ktieb. Dawn jgħaddu biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.

Sajf

It-tieni edizzjoni tal-konkors

Wiki Loves Earth

fuq il-Wikipedija bil-Malti saret bejn il-1 ta' Mejju u l-31 ta' Lulju 2023. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja għal konkors fotografiku dwar wirt naturali protett. F'Malta dan isir bil-kollaborazzjoni ta'

Wikimedia Community Malta

u bl-appoġġ ta'

Friends of the Earth (Malta)

.

Ir-rebbieħa ssibhom f'din il-ħolqa

.

Rebbiegħa

Ir-raba' edizzjoni tal-konkors Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti saret bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2023. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta.

Xitwa

Wiki Loves Folklore 2023 f'Malta kienet it-tieni edizzjoni ta' dan il-konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta. Tagħrif dwar il-konkors deher ukoll fuq The Times. Din is-sena kien sottomessi 159 ritratt f'din il-kategorija minn 17-il utent. Ara aktar hawn: Wiki Loves Folklore in Malta 2023

Ħarifa

Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa f'Novembru. Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2022 tħabbru fil-25 ta' Novembru waqt ċeremonja fil-Festival tal-Ktieb. Dawn għaddew biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.

23 - 27 ta' Novembru 2022

Il-Wikimedia Community Malta ppreżentat il-Wikipedija Maltija waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għall-ewwel darba. Ara d-dettalji.

14 ta' Novembru 2022

Il-Wikipedija Maltija tilħaq il-5000 artiklu permezz ta' Dar u Studjo ta' Luis Barragán.

Sajf

L-ewwel edizzjoni tal-konkors Wiki Loves Earth f'Malta saret matul ix-xhur ta' Ġunju u Lulju. Kull sena diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu ma' komunitajiet oħra tal-Wikimedia madwar id-dinja għal konkors fotografiku dwar wirt naturali protett. F'Malta dan isir bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta. Ir-rebbieħa minn Malta ta' dan il-konkors globali ssibhom f'din il-ħolqa.

Rebbiegħa

It-tielet edizzjoni tal-konkors Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti sar bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2022. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta. Ir-rebbieħa ta' dan il-konkors jitħabbru f'Ġunju.

Frar-Marzu

Wiki Loves Folklore huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. Din kienet l-ewwel sena li Malta kienet inkluża f'din l-attività globali. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li organizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni online għal min jixtieq jieħu sehem kull nhar ta' Ħamis fis-6pm matul ix-xhur ta' Frar u Marzu. Ara aktar hawn: Wiki Loves Folklore in Malta 2022

Jannar

Ritratt ta' Bieb il-Bombi minn George Abdilla, magħruf ukoll bħala Gizwardu, ġie kklassifikat fl-14-il post fil-konkors internazzjonali ta' Wiki Loves Monuments 2021. Din kienet l-ewwel darba li ritratt minn Malta daħal fl-aqwa 15 ta' Wiki Loves Monuments fuq livell internazzjonali.

Ħarifa
Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa f'Novembru. Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2021 tħabbru fis-6 ta' Novembru u eventwalment ipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.
Sajf
WPWP hija kampanja annwali fejn edituri tal-Wikipedia madwar id-dinja iżidu ritratti ma' artikli nieqsa mir-ritratti. F'Malta din l-inzjattiva tħaddmet għall-ewwel darba din is-sena bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta li organizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni matul Lulju u Awwissu.
Rebbiegħa
It-tieni edizzjoni tal-konkors Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti saret bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2021. Diversi utenti ingħaqdu ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta. Ir-rebbieħa ta' dan il-konkors tħabbru fl-24 ta' Ġunju.
3 ta' Ġunju 2021
F'dan il-jum tfaċċa l-4,000 artiklu fuq il-Wikipedija bil-Malti. Dan l-artiklu huwa dwar it-Times of Malta u nħoloq minn Utent:EnriqueTabone waqt sessjoni ta' kull nhar ta' Ħamis organizzata mill-Wikimedia Community Malta.
Marzu
Il-Wikipedija bil-Malti tingħaqad ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex tiċċelebra n-nisa fl-arti, f'edit-a-tona bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta.
15 ta' Jannar
Wikipedia tiċċelebra l-20 anniversarju mit-twaqqf tagħha. Malta tissieħeb bil-kampanja msejħa Wikipedia 20
1 ta' Settembru
L-artiklu Mikelanġlu jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
27 ta' Novembru
L-utent Leli Forte jingħata d-drittijiet ta' amministratur
28 ta' Ottubru
L-utent Joelemaltais jingħata d-drittijiet ta' amministratur
6 ta' April
Il-Wikipedija Maltija tilħaq l-400 artiklu
21 ta' Ottubru
Il-Wikipedija Maltija tilħaq it-300 artiklu
10 ta' Settembru
Il-Wikipedija Maltija tagħlaq l-ewwel sena tagħha. Il-festa t-tajba lill-Wikipedjani kollha!
8 ta' Settembru
Il-Wikipedija Maltija tissieħeb fil-proġett ta' koordinazzjoni multilingwi Babel
5 ta' Settembru
Il-Wikipedija Maltija tissieħeb fil-proġett ta' multilingwi Traduzzjoni tal-ġimgħa
31 ta' Awwissu
Il-Wikipedija Maltija tilħaq il-200 artiklu
4 ta' Ġunju
Il-Wikipedija Maltija tilħaq il-100 artiklu
13 ta' April
Saret l-ewwel laqgħa uffiċjali tal-Wikipedija li saret fi Pjazza Reġina, Valletta. Ta' min jgħid li l-Wikipedija Maltija għandha l-unur li għamlet l-iktar laqgħa organizzata kmieni wara l-fundazzjoni tal-Wiki
13 ta' April
L-utent Roderick Mallia jingħata d-drittijiet ta' amministratur
28 ta' Marzu
L-utent Srl jingħata d-drittijiet ta' amministratur
10 ta' Settembru
Srl (li dak iż-żmien kien għad ma kellux kont) ipprova jidħol fuq http://mt.wikipedia.org u ra dal-messaġġ: This subdomain is reserved for the creation of a Wikipedia in the bil-Malti language. If you speak this language and think it would be cool to have your own Encyclopedia then you can make it. Go ahead. Translate this page and start working on your Encyclopedia. (Arkivju tal-paġna)