Wikipedija:L-ebda attakk personali - Wikipedija
Aqbeż għall-kontentut
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din il-paġna turi
politika uffiċjali
tal-Wikipedija Maltija
, politika li hija kkunsidrata bħala standard li kull utent għandu jsegwi. Tibdil f'din il-paġna għandhom jirreflettu
kunsens
Politika tal-Wikipedija
Standards tal-imġieba
Bots
Ċiviltà
Politika dwar il-modifiki
L-ebda theddida legali
L-ebda attakk personali
Pussess ta' artikli
Pupazzi
Regola tat-tliet irkuprar
Kontijiet tal-utenti
Vandaliżmu
Tagħmilx attakki personali mkien fuq il-Wikipedija. Ikkumenta fuq il-kontenut, mhux fuq il-kontributur.
Attakki personali mhux se jgħinu biex tagħmel il-punt tiegħek; dawn iweġġgħu lill-komunità tal-
Wikipedija
u jiskurraġġixxu lill-utenti biex ma jkomplux jeditjaw biex joħolqu
enċiklopedija
tajba.
X'inhu meqjus bħala attakk personali?
immodifika s-sors
Id-dibattitu hu parti essenzjali tal-kultura tal-Wikipedija. Il-kontributuri xi kultant ma jaqblux mal-kontenut f'xi artiklu. Xi kontributuri huma membri ta' komunitajiet li jixtiequ li jkollhom il-fehma tagħhom inkluża fl-artiklu. L-għaqda ta' dawn il-fehmiet joħolqu artikli aħjar, u artikli aktar
NPOV
għal kulħadd. Kull min jeditja artiklu hu parti mill-istess komunità kbira — aħna lkoll
Wikipedjani
L-edituri għandhom ikunu ċivili u jagħmel użu tajjeb ta'
etiketta tal-wiki
meta jesprimu diżapprovazzjoni. Il-kummenti m'għandhomx ikunu ndirizzati personalment imma għandhom ikunu diretti għall-kontenut u l-azzjonijiet aktar milli għan-nies. Madanakollu, meta ma jkunx hemm qbil fuq il-kontenut, meta tirreferi għal edituri preċedenti mhux dejjem hu attakk personali. Kitba li tgħid "L-istqarrija tiegħek dwar X hi ħażina minħabba l-informazzjoni f'Y", jew "Il-paragrafu li żidt f'dan l-artiklu jidher li hu riċerka oriġinali", ma jitqiesx bħala attakk personali. Tista' wkoll tgħid "Il-paragrafu li żdied f'dan l-artiklu jidher li hu riċerka oriġinali" u hekk tevita t-tieni persuna.
Ir-risposta adattata għal stqarrijiet bħal dawn hi li tindirizza l-kwistjonijiet tal-kontenut aktar milli takkuża lill-persuna li mar kontra din il-politika. Takkuża lil xi ħadd mingħajr ġustifikazzjoni li qiegħed jagħmel attakki personali hi wkoll forma ta' attakk personali.
Attakki personali
immodifika s-sors
M'hemmx regola li tgħid fiex jikkonsisti attakk personali, imma
tipi ta' kummenti m'huma
qatt
aċċettati
Kummenti razzisti, sesswali, omofobi, deskrinanti minħabba l-età, reliġjużi, politiċi, etniċi, jew twemmin li jmur kontra nies oħra (bħal kontra nies li huma b'diżabilità) diretti kontra kontributur ieħor. In-nuqqas ta' qbil dwar ir-reliġjon, razza, preferenza sesswali, etniċità mhijiex skuża leġittima.
Tuża' l-affilljazzjonijiet ta' xi ħadd bħala mezzi biex tirrifjuta biex taċċetta l-fehmiet tiegħu.
Tindika għal attakki esterni,
harassment
, jew materjal ieħor, għal raġuni biex tattakka editur ieħor.
Theddid, inklużi:
Theddid ta' azzjoni legali
Theddid ta' vjolenza jew azzjoni li m'għandhiex x'jaqsmu mal-wiki (partikularment minaċċi ta' mewt)
Theddid ta'
vandaliżmu
ta' paġni tal-utenti jew paġni tad-diskussjoni.
Theddid jew azzjonijiet li deliberatament jesponu edituri oħra tal-Wikipedija għal persekuzzjonijiet politiċi, reliġjużi jew persekuzzjonijiet oħra mill-gvern, l-impjegatur tagħhom jew xi ħaġa oħra. Vjolazzjonijiet ta' dan it-tip jista' jirriżulta f'sospensjoni (magħrufa aħjar bħala "
block
") għal perjodu ta' żmien estensiv, li tista' tiġi applikata minn kwalunkwe
amministratur
. L-amministraturi li japplikaw dawn is-sanzjonijiet iridu kunfidentalment jinformaw lill-membri tal-
Kumitat Arbitrazzjonali
ta' x'għamlu u għaliex.
Dawn l-eżempji mhumiex ristretti. Insulti jew tikkritika editur hu attakk personali f'kull mod li hu magħmul.
Il-projibizzjoni kontra attakki personali tapplika ugwalment għal kull Wikipedijan. Hu inaċċettabli daqskemm li tattakka utent bl-istorja ta' mġiba kretìna, jew anki wieħed li kien suġġett ta' azzjoni dixxiplinarja mill-Kumitat Arbitrazzjonali. Il-Wikipedija tinkoraġġixxi komunità pożittiva fuq l-internet: in-nies jagħmlu żbalji, imma huma nkorraġġati biex jitgħallmu minnhom u jbiddlu d-direzzjoni. Attakki personali huma kontra dan l-ispirtu u ta' ħsara għal ħidma biex tinbena enċiklopedija.
Risposti għal attakki personali
immodifika s-sors
Għażliet inizzjali
immodifika s-sors
Sikwit, l-aħjar mod biex tirrispondi għal attakk personali iżolat hu billi ma tirrispondix. Wikipedija u d-dibatti fiha jistgħu jkunu
stressanti
għal xi edituri, li jistgħu okkażjonalment jirreaġixxu lura. Addizzjonalment, id-diskussjonijiet tal-Wikipedija huma miktubin kollha bil-kliem, u għalhekk ma tantx jistgħu jxandru l-vera emozzjonijiet; din tista' wkoll ġġib għal nuqqas ta' ftehim. Waqt li l-attakki personali mhumiex skużati minħabba għal dawn il-fatturi, l-edituri huma nkoraġġati biex jinjoraw posti li juru rrabjar jew ta' bla ebda manjieri meta hu possibli li tagħmel dan, u li tkompli tiffoka l-isforzi biex tiżviluppa l-enċiklopedija.
Jekk tħoss li hemm bżonn ta' risposta, trid tħalli messaġġ pulit fuq il-paġni ta' diskussjoni tal-utent l-ieħor. Tirrispondix fuq il-paġni ta' diskussjoni tal-artiklu; din tgħin biex jikbru l-manjieri. Importanti li tevita li ssir iżjed argumentattiv. Minkejja li templates kienu wżati xi drabi għal dawn l-iskopijiet, messaġġ modifikabbli li jirrelata s-sitwazzjoni speċifika hu rċevut. Meta hu possibli, ipprova sib kompromess.
Attakki personali ma jinkludux lingwa ċivili użati biex jiddeskrivu azzjonijiet ta' xi editur, u meta huma magħmula mingħajr l-involviment tal-karattru personali, dawn m'għandhomx jkunu nterpretati bħala attakki personali, eżempju, "Din l-istqarrija hi attakk personali..." mhijiex attakk personali.
Attakki li huma partikularment offensivi (bħal theddid fiżiċi jew legali) m'għandhomx ikunu njorati. Sitwazzjoni straordinarji li jkollhom bżonn intervent immedjat huma rari, imma jistgħu jkunu rappuratati lill-amministraturi.
Miksub minn "
Kategorija
Politiki tal-Wikipedija
Wikipedija
L-ebda attakk personali
Żid diskussjoni
US