Wikisors - Wikipedija
Aqbeż għall-kontentut
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Wikisors
URL
www.wikisource.org
Kummerċjali?
Le
Tip ta' sit
Librerija ta' testi
Reġistrazzjoni
Opzjonali
Lingwi disponibbli
Multingwali
Proprjetarju
Fondazzjoni Wikimedia
Maħluqa minn
Komunità Wikimedia
Pożizzjoni fuq
Alexa
4191
Stat attwali
Attiva
Il-
Wikisors
huwa proġett operat mill-
Fondazzjoni Wikimedia
li fih jipprovdi
kontenut b'xejn
ta' sorsi testwali, flimkien mat-tifsiriet b'lingwi differenti u materjal ieħor.
Storja
immodifika
immodifika s-sors
Il-Wikisource beda eżattament bejn l-2003 u l-2005 fejn f'dan iż-żmien il-lokazzjoni ta' dan il-proġett fuq l-internet (URL) kif ukoll ismu tbiddlu diversi drabi.
Dan il-
wiki
kien l-ewwel imsemmi
Project Sourceberg
matul il-perjodu tat-tfassil tiegħu (logħob ta' kliem għal
Project Gutenberg
). Dan beda l-attività tiegħu f'lokazzjoni żbaljata, meta t-testi kienu ntefgħu fuq
ps.wikipedia.org
. Il-kontributuri ħasbu li "PS" ifissru "
primary sources
" (sorsi primarji) jew
Project Sourceberg
, u bi żball ħadu post tas-sotto-dominju tal-
lingwa Pashtu
tal-
Wikipedija
Project Sourceberg beda uffiċċjalment meta rċieva l-lokazzjoni tiegħu fuq l-internet fl-
24 ta' Novembru
2003
); kull testi u diskussjonijiet mxew fil-lokazzjoni l-ġdida. Fis-
6 ta' Diċembru
2003
, ismu nbidel għal Wikisource. Minkejja t-tibdil fl-isem, il-proġett dam sat-
23 ta' Lulju
2004
, qabel ma mexa fuq il-lokazzjoni permanenti (fuq
).
F'ġimgħatejn mill-bidu tal-proġett (fuq sources.wikipedia.org), 'il fuq minn 1000 paġna ġew ikkrejati, b'madwar 200 minnhom iddisinjati bħala artikli taħt forma tajba. Fl-
4 ta' Jannar
2004
, Wikisource laqa' l-100 utent reġistrat. Fil-bidu ta'
Lulju 2004
, in-numru ta' artikli qabżu l-2400, u aktar minn 500 utent irreġistraw.
Fit-
30 ta' April
2005
, kien hemm 2667 utent reġistrati (inklużi 18-il amministratur) u madwar 19,000 artiklu. Il-proġett qabeż is-96,000 editjar f'dik il-ġurnata.
Logo u slogan
immodifika
immodifika s-sors
Il-logo oriġinali tal-Wikisource
Sa meta l-Wikisource kienet inizzjalment imsemmija "Project Sourceberg", f'logħob ta' kliem għall-kliem
Project Gutenberg
, l-ewwel logo kienet stampa ta' iceberg. Żewġ voti li saru biex jintgħażel is-suċċessur ma' ġabu l-ebda konklużjoni, u l-logo oriġinali baqa' sa l-2006. Finalment, minħabba kemm problemi tekniċi u anki legali - minħabba li l-liċenzja ta' l-istampa ma kinitx tajba għal logo tal-Fondazzjoni Wikimedia u anki minħabba li r-ritratt ma jistax jitqassar u jitkabbar sewwa - stil ta' logo ta' l-iceberg, inspirata mill-istampa oriġinali kienet ġiet mandata biex isservi bħala l-logo tal-proġett.
L-ewwel użu prominenti ta' l-islogan tal-Wikisource -
The Free Library
(Il-Librerija b'Xejn) - kienet fil-
portal multilingwali
tal-proġett, meta kienet ġiet ridiżinjata bbażata skond il-portal tal-
Wikipedija
fis-
27 ta' Awwissu
2005
verżjoni storikali
). Bħall-
portal tal-Wikipedija
, is-slogan tal-Wikisource jidher madwar il-logo ta' l-akbar għaxar lingwi tal-proġett.
Kontenut
immodifika
immodifika s-sors
Il-Wikisource jiġbor u jistorja taħt format diġitali testi ppublikati qabel; inklużi n-novelli, xogħol ta' stejjer vera, ittri, taħdidiet, dokumenti kostituzzjonali u storiċi, liġijiet u varjeta ta' dokumenti oħra. Kull test miġbur huwa jew liberu mill-
jew maħruġ taħt il-
GNU Free Documentation License
. Testi f'lingwi oħra huma aċċettati, kif ukoll it-translazzjonijiet.
Ħoloq esterni
immodifika
immodifika s-sors
Wikimedia Commons
għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma':
Wikisors
Wikisource
Danny Wool fuq il-Wikisource
(artiklu tal-
Fondazzjoni Wikimedia
Diskussjonijiet u pjanijiet għall-proġett
Perspettiva personali fuq l-istorja tal-Wikisource
minn
Angela Beesley
Proġetti tal-
Fondazzjoni Wikimedia
MediaWiki
Wikitbiet
Wikijunior
Wikidata
Wikimedia Commons
Wikibarijiet
Wikipedija
Wikikwota
Wikisors
Wikispeċi
Wikiversità
Wikizzjunarju
Meta-Wiki
Miksub minn "
Kategorija
Proġetti tal-Wikimedia
Wikisors
Żid diskussjoni